Il-ħamalli li qed jerdgħu demm pajjiżna

By
2022-02-10T18:11:53+01:00Mon, 7th Feb '22, 11:02|

Id-diskorsi tal-esponenti tal-Partit Laburista jikxfu dak li qed jinkwetahom u jberren f'moħħhom. Dawn mhumiex qed jinkwietaw li ser jitilfu l-elezzjoni. Qed jinkwietaw dwar ix-xejriet li qed jinħassu fost il-partitarji tagħhom li jistgħu jwasslu biex jinkaljalhom il-vapur. Aħsbu ftit dwar il-kwalità tad-diskorsi li saru lbieraħ fl-Imqabba. Clint Camilleri wiegħed lill-kaċċaturi li biħsiebhom ikomplu jiksru l-liġijiet tal-konservazzjoni [...]