Il-Partit Laburista qed iniedi filmat tal-kampanja elettorali li fih jidhru “nies Maltin komuni” jfaħħru t-tmexxija Robert Abela.
Wieħed minn dawn hu dan ta’ hawn taħt li jmexxi r-ristorant Gillieru f’San Pawl il-Baħar. Il-lealtà tiegħu lejn il-Partit Laburista hi magħrufa sewwa. Agħtu daqqa t’għajn lejn din is-sensiela ta’ attivitajiet tal-Partit Laburista li saru fir-ristoranti tiegħu. Tistħajlek qiegħed f’każin Laburista.
Issa agħtu daqqa t’għajn lejn din. Jisima Charmaine Mangion li, mid-dehra, hi speċjalista dwar l-iżvilupp tat-tfal u tmexxi l-Magic Castle Child Care Centre.
Dan kien biżżejjed biex tqabbdet tmexxi l-Housing Development Fund tal-gvern – fond ta’ investiment immexxi mill-Awtorita tad-Djar bil-għan li jsir investiment f’akkomodazzjoni soċjali.
Min ikun irid jagħmel riklam għal xi prodott għandu għall-inqas ma jkollu x’jaqsam xejn miegħu. Charmaine Mangion hawn qed tfaħħar gvern li jitmagħha.