Iriduna naqtgħu qalbna u nieqfu nirreżistu.

Id-dħul ta’ prim ministru korrott fiż-żarbun ta’ prim ministru korrott ieħor ma jwassal għal imkien u ma jiggarantix il-ġustizzja u l-verità. Jekk nieqfu issa, jirbħu huma. Għamlu minn kollox għal erba’ snin u nofs sħaħ bit-tama li jarawna naqtgħu nifisna qabel jaqtgħuh huma. Iżda bil-maqlub tagħhom, aħna m’għandniex x’nitilfu.

M’għandna xejn x’nitilfu ħlief is-saħħa li ngħidulhom “LE”.

Nhar l-Erbgħa jkunu għaddew 52 xahar mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Ġurnalista li ġiet assassinata għax qalitilhom “LE”. Ma nistgħux inħalluhom jegħlbuna.

Kun hemm fis-18:30 f’Misraħ l-Assedju, il-Belt Valletta. Nibqgħu nirreżistu.