L-aħbar li Konrad Mizzi skopra lil Alla – x’aktarx kien qed jinħeba f’xi kont bankarju fid-Dubaj ta’ kumpannija fil-Panama miżmuma f’trust ġewwa New Zealand – mhix daqstant importanti. Jalla li lil Alla jagħtih dak li hu ta’ Alla. Iżda sadattant, Ċesri tħalla jistenna li jingħata dak li hu tiegħu.

Jalla ruħ Konrad issib il-wens u l-mistrieħ. Madankollu huwa xorta ser isib ruħu maqful il-ħabs. Dwar Alla jista’ joqgħod jitħaddet kemm irid mal-ħabsin sħabu.

Din mhix ħaġa taċ-ċajt. Iżda lanqas hi skuża biex nibqgħu lura milli nidħku. Għad irid jitfaċċa f’wiċċ id-dinja politiku li fl-istess ħin huwa daqstant redikolu u maħmuġ daqs l-iben t’Alla Konrad ‘Shame on You‘ Mizzi.