Il-flus fejn marru?
Id-deċiżjoni tal-Junior College li jippermettu lill-istudenti li jtemmu l-kors ta' studji tagħhom f'livell avvanzat fuq medda ta' erba' snin minflok sentejn u dan sabiex ikunu jistgħu jaqilgħu x'jieklu għall-familji li jiddependu minnhom, hi ġusta. Hawn familji li mhumiex ilaħħqu u li l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom ma tippermettilhomx li jħallu lil uliedhom ta' 16-il sena jattendu l-iskola [...]