Adrian Delia qara l-kitba li jien xandart dalgħodu.
Huwa wieġeb permezz tal-Facebook u, fost affarijiet oħra, għajjarni giddieb.
Aktar tard, x’aktarx għaliex xi ħadd spjegalu kif jien kont sirt naf li Joseph Muscat kien għażlu biex ikun wieħed mill-avukati tal-għaqda tal-klabbijiet tal-futbol tal-premier fin-negozjati li ser isiru mal-MFA, huwa kiteb dan li ġej:
Avukat li ma jitħallasx ta’ xogħlu, xorta avukat jibqa’. U min jgħajjar lil ħaddieħor giddieb, jista’ jkun li l-giddieb huwa proprju hu.
Agħtu daqqa t’għajn lejn din l-iscreenshot ta’ messaġġ bil-WhatsApp li bagħat Joseph Muscat.
Xi drabi, il-qarrejja jkollhom jagħżlu lil min għandhom jemmnu. U xi drabi oħra, jistgħu jixxandru l-provi biex jgħinuhom jaslu għal konklużjoni.
Darba waħda, Adrian Delia kien żiemel ta’ Trojja.
Issa huwa biss żiemel.