Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, f’isem Repubblika, ħadt sehem f’konferenza organizzata mill-organizzazzjoni non-governattiva Libera li fiha ġie diskuss ir-rwol tas-soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra l-mafja madwar id-dinja. Il-laqgħa qed tfakkar l-20 sena (attwalment 22, imma kellhom jiġu posposti l-pjanijiet sentejn ilu minħabba l-imxija Covid) minn dakinhar li ġiet iffirmata l-konvenzjoni ta’ Palermo li hi l-istrument legali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata internazzjonali.

Dik il-konvenzjoni hi frott il-wirt li ħalla l-Imħallef Giovanni Falcone li kien inqatel minħabba r-rwol tiegħu fil-ġlieda kontra l-mafja 10 snin qabel. Kien biss xahar qabel ma nqatel li kien tkellem waqt laqgħa tan-Nazzjonijiet Uniti fi Vjenna dwar dak li l-maġistrati Taljani, l-prosekuturi u l-investigaturi jsibu diffiċli biex jispjegaw lill-kumplament tad-dinja: l-mafja hija teżisti, tinstab f’kull rokna tad-dinja u jeħtieġ li niqfulha.

L-andament tal-konferenza jinsabu hawn and hawn.

Hawn taħt tistgħu ssegwu l-intervent li għamilt bil-lingwa Ingliża.