Qaddej ieħor ta’ Joseph Muscat għadu kemm għadda lejl f’Kordin – isem ieħor f’lista ta’ ismijiet li hi ħafna iqsar milli għandha tkun. Sigmund Mifsud, eks kandidat tal-Partit Laburista, tant kien lagħqi ta’ Joseph Muscat li kien organizza kunċert mill-orkestra nazzjonali li matulu daqqew il-kanzunetti favoriti ta’ Muscat. Għaliex, tafu intom, ninsabu fil-Korea ta’ Fuq. Bis-siġar tal-palm b’kollox.

Sigmund Mifsud jinsab mixli bi tbagħbis ta’ provi b’rabta ma’ każ ta’ fastidju sesswali li allegatament seħħ fi ħdan kumpannija statali li jmexxi hu. Għaliex dan jinqala’ ħafna għad-daqq tat-trumbetta u ma jiddejjaq xejn jilgħaq il-warrani ta’ Joseph Muscat bejn melodija ta’ Bach u oħra ta’ Satchmo.

Owen Bonnici ssospenda lil Sigmund Mifsud sakemm jinqatgħu l-proċeduri kriminali li nbdew kontrih. Iżda ara ma jkunx hemm min ifettillu jammira lil Owen Bonnici talli dan għamel dak li naqas li jagħmel sieħbu Byron Camilleri li, min-naħa tiegħu, irrifjuta li jissospendi lid-direttur tal-ħabs Robert Brincau wara li dan ġie mixli talli hedded li joqtol xufier ta’ ambulanza hu u jipponta arma tas-servizz lejn rasu.

Id-direttur tal-orkestra nazzjonali u dak tal-ħabs jaqgħu taħt li-istess regolamenti etiċi. Madankollu żewġ ministri tal-istess gvern ġabu ruħhom magħhom b’mod differenti.

Dalgħodu Sigmund Mifsud qed jieħu l-kolazzjon tiegħu f’Kordin. Għall-mument immaġinaw x’konversazzjoni kien ikollu ma’ Robert Brincau.

It-titlu ta’ din il-kitba jitkellem waħdu. Għall-mument ejjew inqiegħdu lil Sigmund Mifsud fil-ġenb u nikkonċentraw fuq Owen Bonnici għaliex dan għandu sensiela ta’ mistoqsijiet x’iwieġeb.

Meta kien li Owen Bonnici sar jaf għall-ewwel darba li Sigmund Mifsud kien qarraq bil-bord tad-diretturi dwar l-aġir tiegħu fil-każ tal-fastidju sesswali? Lil Owen Bonnici meta kien li qalulu li l-bord tal-orkestra kien ġie nfurmat li dak li allegatament ta l-fastidju kien tkeċċa waqt li Sigmund Mifsud lil dan l-individwu fil-fatt kien żammu fl-impjieg?

Owen Bonnici kien ġie konsultat minn Sigmund Mifsud dakinhar li Sigmund Mifsud ddeċieda li jżomm fl-impjieg b’nofs paga lil min allegatament ta l-fastidju?

Owen Bonnici staqsa x’kienet ir-raġuni wara d-deċiżjoni ta’ Sigmund Mifsud li jżomm fl-impjieg lil min kien ġie akkużat b’fastidju sesswali? Lil Sigmund Mifsud, Owen Bonnici staqsieh jekk kienx hemm ilmenti oħrajn ta’ fastidju sesswali kontra xi uffiċjali tal-orkestra u dwar il-mod kif Sigmund Mifsud kien mexa’ dwar dawn l-ilmenti?

Qabel l-arrest tal-bieraħ, huwa minnu li Owen Bonnici kien ġie mgħarraf mill-bord tal-orkestra li dawn riedu li Sigmund Mifsud jitkeċċa? X’kienet ir-reazzjoni tiegħu għal din it-talba tal-bord tal-orkestra? Owen Bonnici ssospenda t-tkeċċija ta’ Sigmund Mifsud sakemm tiġi fi tmiemha investigazzjoni interna li fi l-pulizija ma kienux imdaħħlin?

Huwa minnu li Owen Bonnici għamel stħarriġ biex jara kif jista’ jżomm lil Sigmund Mifsud impjegat mas-servizz pubbliku f’dipartiment ieħor u dan minkejja l-imġieba tiegħu fejn allegatament ipprova jgħatti fastidju sesswali fi ħdan kumpannija li kien inħatar biex imexxi?

Dan huwa punt importanti. M’hemmx għalfejn tkun “l-aktar gvern femminista fl-istorja” sabiex fi ħdanek ikollok problemi kawżati minn persuni li jaħsbu li laħqu s-sema b’idejhom, li sesswalment jiffastidjaw lin-nisa b’mod sistematiku u li mingħalihom li għandhom id-dritt li jgħadduha lixxa.

It-teħid ta’ proċeduri kriminali m’humiex biżżejjed. Hawn għandna każ li fih aġenzija tal-gvern tinsab taħt suspett ta’ fastidju sesswali sistematiku, ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa u ta’ kompliċità istituzzjonali bil-għan li jitgħattew l-abbużi li jwasslu biex persuni professjonali jiġu fl-estremità li jitilfu ħobżhom. Għandna għalxiex nissuspettaw li hawn seħħ falliment istituzzjonali jekk mhux ukoll abbuż istituzzjonali. Dan huwa il-każ għandu jkun is-suġġett ta’ inkjesta parlamentari li matulu ministri u uffiċjali għandhom jiġu mġiegħla jwieġbu għal għemilhom.

Jekk din l-inkjesta ma ssirx, l-istat ikun qed jibgħat messaġġ lin-nisa li, biex dawn ikollhom karriera fis-servizz pubbliku u jaqdu lill-komunità, jkun jeħtieġ li jgħaddu minn dak li għaddiet minnu l-vittma kuraġġjuża tad-dipartiment ta’ Owen Bonnici.