Fil-Parlament Ewropew, Alex Agius Saliba vvota favur riżoluzzjoni li esprimiet l- appoġġ għall-għajnuna militari li qed tingħata lill-Ukrajna u dan sakemm tibqa’ l-ħtieġa. Ewroparlamentari oħra tal-Labour Josianne Cutajar ukoll ivvotat favur ir-riżoluzzjoni, iżda Alfred Sant u Cyrus Engerer baqgħu ma vvutawx għax ma kinux fis-sala meta ttieħed il-vot.

Skont ir-rapport ta’ hawn isfel imxandar minn Newsbook, xi ġranet ilu meta Roberta Metsola għamlet dan l-impenn ta’ għajnuna lill-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy, Alex Agius Saliba tgħidx kemm tbaqbaq bil-kritika kontra Metsola talli din uriet m’hix lesta tħalli lill-Ewropa ċċedi.

Hawn min jidhirlu li Alex Agius Saliba m’hu xejn ħlief ipokrita meta jitkellem mod u jivvota mod ieħor.

Jien ma naqbilx ma din il-fehma. Min hu ipokrita minn tal-anqas ikun jeħtieġ jifhem x’ikun qed jagħmel. Alex Agius Saliba jkun jeħtieġ li jifhem it-tifsira ta’ dak li vvota għalih qabel iddeċieda li jivvota b’mod li huwa nkonsistenti mal-fehmiet li hu stess espriema fil-beraħ.

Alex Agius Saliba vvota kif ivvota mhux għax hu ipokrita. Imma għaliex huwa nkompetenti.

U baħnan.