Franco Debono tgħidx kemm tmasħan hu u jiddikjara li jien għandi neħel sa 18 il-xahar ħabs talli kelli l-ardir li nipparaguna r-ritorn tiegħu fl-arena politika ma’ kundizzjoni medika  kerha. Robert Musumeci, bniedem li għandu qalbu perżuta għall-Partit Nazzjonalista, issa qed igħid li l-PN għandu jerġa’ jibgħat għal Franco Debono minħabba l-“leħen moderat” u l-“moħħ ċar” li għandu.

Diffiċli li ma tinfaqax tidħak.

Madankollu, għal Robert Musumeci, l-ikla ħabs li jixtieqni niekol Franco Debono mhix moderata biżżejjed. Permezz tal-Facebook, Musumeci kellem Debono biex jikkalmah. Skont Musumeci, għandu jkun hemm struttura statali biex tedukani mill-ġdid.

Għal dawn il-mniefaħ ta’ ġurnalisti, issa waslet ir-Rivoluzzjoni Kulturali Ċiniża, l-aħwa!

Numru ta’ snin ta’ logħob tal-ping pong, xogħol furzat fl-irziezet tal-poplu, umiljazzjonijiet ritwali pubbliċi u kant ta’ qima lejn il-kobor tal-mexxejja tagħna għandhom iġibuni f’posti.

U jekk nibqa’ ma ninġiebx f’posti, dejjem hemm ikla ħabs tistennieni.