Ta’ xejn noqogħdu nittamaw li Victoria Buttigieg għad tiftaħ għajnejha. Irridu nġegħluha biex twarrab. Int trid iġġegħelha. Ir-raġunijiet jinsabu hawn.
Repubblika, Occupy Justice and din il-website qed isejħulek biex tieħu sehem f’protesta għada quddiem l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fi Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta. Il-protesta hi msejħa għal nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Frar fis-6:30 ta’ filgħaxija sabiex nikkundannaw id-deċiżjoni ta’ Victoria Buttigieg li lil ministri tal-gvern tevitalhom il-konsegwenzi tal-allegat involviment tagħhom f’attentat ta’ serq armat bil-ħruġ ta’ proklama favur kriminal li spara fuq uffiċjali tal-pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Issa rriżulta li dan l-kriminal mhux lest li jixhed kontra l-kompliċi tiegħu.
Qed nitolbu l-pubbliku sabiex jingħaqad magħna u jsejjaħ għar-riżenja immedjata ta’ Victoria Buttigieg.