M’iniex qed nikteb din biex inwaqqagħlek il-moral, għalkemm inħoss ċertu solidarjetà jekk ma nibqax waħdi.

Żgur li kultant titħassbu dwar x’jagħmlu online ċertu nies, kif jagħtu appoġġ lill-eroj tagħhom minkejja l-evidenza kollha li m’hemm xejn erojku dwarhom, jew kif il-Labour jibqa’ jirbaħ l-elezzjonijiet.

Lovin Malta tellgħu dan l-artiklu (nimmaġina bi ħlas) dwar kemm tela’ l-premju tal-lotterija Taljana. “Kulma għandek bżonn tagħmel hu li tagħżel is-6 numri tiegħek u tispera li jitilgħu,” għax wara kollox, hekk tirbaħ lotterija.

Mela wara ftit, għexieren ta’ qarrejja tellgħu n-numri tagħhom fis-sezzjoni tal-kummenti taħt l-artiklu. Dawn it-talin mhux talli xtaqu jirbħu l-lotterija, attwalment ħasbu li kellhom ċans jirbħu mingħajr ma jixtru biljett.

Dawn huma n-nies li xtraw il-biljett b’xejn għall-aqwa żmien. Ġenji kollha kemm huma.