Aqraw x’kienet kitbet Daphne Caruana Galizia f’Novembru 2016. Madwar 10 xhur qabel ġiet assassinata kienet għamlet paragun dwar il-metodu dispreġġjattiv użat fil-konfront tal-ġurnalisti miż-żewġ prim ministri.
“Sħabi ġurnalisti: hekk kif, fl-isfond tal-fake news u tal-miżinformazzjoni ta’ dawn iż-żminijiet u fl-isfond ukoll tal-qawmien tal-lemin estrem, filwaqt li xogħlna qed isir aktar u aktar importanti, is-sitwazzjoni għalina qed issir aktar diffiċli minħabba l-ostilità bil-miftuħ ta’ ċerti politiċi notorji – fil-fatt dawn huma verżjoni moderna ta’ politiċi notorji tal-imgħoddi – u ta’ dawk li jappoġġjawhom.”
Taħt dawn il-politiċi notorji li qed jagħmlu minn kollox biex jiddemonizzaw, jiżolaw u jintimidaw lill-istampa ħielsa, inqatlu żewġ ġurnalisti. Min jaf kemm hemm minn dawn li siktu wara li nxtraw jew ġew intimidati minħabba l-biża’?