Joseph Muscat kien kiteb hekk “Il-Partit Laburista ma jistax jerġa’ lura għat-tattiċi, għall-istil u għan-nies li fl-imgħoddi rrendewħ fl-aktar partit moralment, fiżikamkent u ideoloġikament korrott li qatt kellha Malta”.
Dan id-diskors mhux tas-soltu iżda sinċier inkiteb fil-25 ta’ Settembru 1998 u Joseph Muscat kien għaddej minn fażi vulnerabbli f’ħajtu. Alfred Sant, li tiegħu dak iż-żmien kien il-“poodle”, kien għadu kemm tilef elezzjoni wara li kien ilu fil-gvern għal 22 xahar u l-partitarji Laburisti fir-rabja tagħhom bdew iwaħħlu fit-tmexxija tal-partit ta’ dak iż-żmien u fl-istess waqt wrew nostaliġija għaż-żmien glorjuż meta tal-Labour kienu jirromblaw fuq dawk li ma setgħux ixaħħmu biex tgħaddi tagħhom. Niftakarni nara lil Joseph Muscat jibki qiesu tarbija dakinhar li Alfred Sant ma baqax prim ministru.
It-taħwid li kien hemm dak iż-żmien fil-Partit Laburista kien jixbaħ id-diżgwid li kien hemm fil-PN is-sajf li għadda.
Iżda dak iż-żmien, Joseph Muscat kien qed jirnexxielu jipperswadi lill-partitarji li l-Partit Laburista m’għandux jistrieħ fuq il-korruzzjoni, il-ħmieġ u l-vjolenza biex jipprova jegħleb lill-PN.
Kien għamel sejħa lid-delegati Laburisti biex jadottaw politika ta’ riforma li tixbaħ dik li kien għamel Blair u biex iżommu l-korruzzjoni ‘l bogħod.
Ma tantx kellha ddum tirrenja l-innoċenza ta’ dan il-politiku Laburista żagħżugħ u mal-mogħdija taż-żmien tgħallem li t-triq tal-indafa ma tantx kienet se tagħmel wisq ġid hekk kif il-Partit issielet biex iżomm lill Malta milli ssir membru tal-Unjoni Ewropea.
Allura l-Labour rema’ iżolament anti-Ewropew tiegħu (żvilupp pożittiv) u għamel tabirruħu li mhux se jerġa’ lura għall-klijenteliżmu u l-korruzzjoni tas-snin 80.
Fl-1998 Muscat kien seħaq ukoll li l-Partit Laburista m’għandux jerġa’ lura għall-metodi vjolentiu li għandu jirrispetta d-drittijiet bażiċi tal-bniedem. Tkellem dwar il-ħruq tal-istamperija ta’ The Times u t-tkissir tad-dar ta’ Eddie Fenech Adami; il-mod kif ix-xandir kontrollat mill-istat kien jiċċensura saħansitra anki isem il-kap tal-oppożizzjoni; il-korruzzjoni fis-servizzi pubbliċi; il-qerq fl-elezzjonijiet; u t-telfien tal-“kuxjenza soċjali”.
Seħaq li l-ġrajjiet tas-snin 80 kienu imbarazzanti u li l-Partit Laburista m’għandux jirrepetihom.
Għandkom tifhmu li meta Joseph Muscat kiteb dan l-artiklu, il-ġrajjiet li seħħew f’Tal Barrani kienu ħafna aktar friski fl-imħuħ milli huma fil-preżent. Fiż-żminijiet li qed ngħixu fihom, il-mezzi tax-xandir qed jiġu msikkta mill-gvern tiegħu id f’id ma’ dawk li jiddelettaw bil-kawżi SLAPP; żminijiet li fihom il-mezzi tax-xandir tal-istat jinsabu id f’id mal-mezzi tal-propaganda kontrollati mill-partit; żminijiet li fihom hemm min hu kostrett li jgħix fil-garaxxijiet filwaqt li gvern jiftaħar bil-flejjes deħlin mill-bejgħ tal-passaporti lil sinjuruni Russi; u żminijiet li fihom ġurnalista tinqatel permezz ta’ korrozza bomba hekk kif aġenti tas-siġurtà jissemmgħu diskors telefoniku tal-assassin merċenarju.
Innocenza mitlufa.