About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

Kutra għal Chris Fearne

By
2024-07-16T08:21:08+02:00Tue, 16th Jul '24, 08:21|

Chris Fearne talab il-protezzjoni tal-Parlament. U l-Parlament tahielu. Ejja nippruvaw nifhmu x’kien ifisser dan ir-ritwal. L-ewwel il-fatti. F’Ġunju tas-sena l-oħra irreżenjat Carmen Ciantar mit-tmexxija tal-aġenzija li tmexxi l-proġetti tal-gvern fil-qasam tas-saħħa. Carmen Ciantar kienet kollaburatur politiku qrib ħafna ta’ Chris Fearne u l-pożizzjoni li kellha fil-gvern tahielha hu. Kellha pożizzjonijiet oħra qabel – fuq il-bord [...]

It-tigra li gidmet lil Fearne

By
2024-07-05T13:05:26+02:00Fri, 5th Jul '24, 13:05|

Chris Fearne għamel is-snin riekeb it-tigra jara hix se tieħdu fuq il-quċċata. Issa qed jiskanta li daret għalih, gidmitu u kilitlu riġlejh. Il-korruzzjoni hi bħal kull kriminalità organizzata: għandha żewġ tipi ta’ vittmi. Hemm min jipprova jindihes mal-mafja, jipprova jingħoġob u jilgħabha tal-bully, u jipprova jgawdi u japprofitta ruħu magħha. Imbagħad ma jlaħħaqx ma’ xi [...]

L-ewwel jisirquk u mbagħad jigdbulek

By
2024-06-28T22:23:38+02:00Fri, 28th Jun '24, 08:10|

L-iskandlu dwar il-ħlasijiet tal-benefiċċji tad-diżabilità ma kienx l-akbar każ ta' serq ta' flus il-poplu. Ħdejn l-400 miljun tal-isptarijiet li spiċċaw għebu f'bir tas-skieken, 8 miljun f'pensjonijiet misruqa m'huma xejn. Jekk wieħed jipprova jipparagunaha ma' dak li kien inkixef bis-saħħa tal-Panama Papers, din il-konġura m'hix xi waħda li ġġib l-għajnejn wara l-widnejn: f'dan il-każ ma kienx [...]

Biex iħarsu s-setgħa, lesti li jeqirdu d-demokrazija

By
2024-05-30T17:15:57+02:00Thu, 30th May '24, 09:20|

Ftit ilu ktibt dwar diskors li d-deputat Laburista Randolph Debattista għamel f'Sofja. Diskors li matulu huwa faħħar il-gwerra li għandha ssir kontra t-tixrid tal-informazzjoni falza. U mbagħad, tliet ġimgħat ilu, Edward Zammit Lewis għamel priedka fil-Lussemburgu dwar il-ħtieġa tal-indipendenza tal-ġudikatura biex b'hekk tiġi mħarsa s-saltna tad-dritt. Ta' min isemmi li dan id-diskors għamlu waqt li [...]

Partit li, sa barra, m’huwiex setta?

By
2024-03-13T19:28:38+01:00Wed, 13th Mar '24, 13:12|

L-istorja li fi ħdan il-Partit Laburista hemm id-diżgwid dwar ir-ritorn fix-xena politika ta' Joseph Muscat hi aħbar tajba għall-Partit Laburista stess. B'dan mhux qed nirreferi għas-sodisfazzjon li ħassew xi politiċi Nazzjonalisti hekk kif feġġet din l-aħbar. In-Nazzjonalisti jistgħu forsi jikkunslaw li ċertament m'għandhomx monopolju fejn għandu x'jaqsam id-diżgwid intern. B'dan irrid infisser li jekk huwa [...]

Ħawwadi prim

By
2024-03-12T20:37:19+01:00Tue, 12th Mar '24, 08:09|

Huma u jwieġbu għall-istqarrijiet tat-Times of Malta, l-Prim Ministru u martu kellhom il-ħila li jkunu kategoriċi u vagi fl-istess ħin. Dan il-ġurnal talab lill-koppja Abela tikkummenta dwar analiżi interna li kienet saret mill-bankiera tagħha fiż-żmien meta Robert Abela leħaq Prim Ministru. Dan ir-rapport intern ħareġ bil-mistoqsija li bosta huma dawk li jistaqsuha ta' sikwit: dan [...]

Go to Top