About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7817 blog entries.

M’huwiex makakk daqs kemm jaħseb li hu

By
2023-05-29T00:05:04+02:00Sun, 28th May '23, 09:50|

Fil-Malta Independent tal-lum, Noel Grima għamel użu mill-kelma ‘de-muscatification’ fit-titlu tal-artiklu tiegħu. Skont l-awtur, dan il-pajjiż jeħtieġ li jwarrab għal kollox il-politika li kien mexa' biha Joseph Muscat u dan biex Malta tibda' t-triq tal-fejqan u għamel kritika lil Robert Abela talli żamm politika ta' kontinwità. Fl-istess ġurnal hemm ukoll artiklu miktub minn Kevin Aquilina. [...]

Kummiedji u spettakli waħedna!

By
2023-05-25T15:00:07+02:00Thu, 25th May '23, 12:42|

Il-mistoqsijiet li għamillu l-Awditur Ġenerali dwar il-ħadma tal-isptarijiet, Konrad Mizzi għażel li jinjorahom filwaqt li Joseph Muscat u Keith Schembri bgħatu tweġibiet li ma kienu tweġibiet xejn. Darren Debono irrifjuta li jixhed kontra l-klikka ta' kriminali li kienu qabbduh u dan anki wara li ngħata maħfra talli kien spara lejn uffiċjali tal-pulizija li kienu qed [...]

Wasalna f’salib it-toroq

By
2023-05-17T11:06:35+02:00Wed, 17th May '23, 09:20|

Bħalma qed jagħmel kważi kulħadd, Anġlu Gafà qed jaqra' dak li xxandar dalgħodu fit-Times of Malta, f'The Shift u fl-istampa internazzjonali. X'aktarx li hu kien ilu jaf bid-dettalji ta' din l-informazzjoni minn qabel ma nħatar Kummissarju tal-Pulizija. Iżda issa dawn id-dettalji nafuhom aħna wkoll u nafu wkoll li hu jaf bihom. Taħt l-għajnejn miftuħin beraħ [...]

Robert Abela: kompliċi. Werriet tal-Mafja. Il-Mafja nnifisha

By
2023-05-16T13:22:15+02:00Tue, 16th May '23, 08:33|

Ir-rapport finali tan-NAO dwar il-ħadma tal-isptarijiet ilna nistennewh sa mill-2019 meta konna għamilna talba fil-qorti biex tinbeda' nkjesta dwar delitti kriminali li allegajna li kienu seħħew b'rabta mal-kuntratt dwar l-isptarijiet. Konna għamilna din it-talba fil-qorti għaliex il-Pulizija u l-Avukat Ġenerali kienu njoraw il-provi, b'mod partikolari dawk li kienet xandret Daphne Caruana Galizia. F'appell li kien [...]

Kiluh in-nervi

By
2023-05-15T16:41:11+02:00Mon, 15th May '23, 07:39|

Agħtu daqqa t'għajn lejn dan l-artiklu tal-Prof. Kevin Aquilina li xxandar fil-ħarġa tal-bieraħ ta' The Malta Independent. Il-Prof. Aquilina huwa għalliem u riċerkatur tal-liġi fl-Università. M'huwiex wieħed li għandu xi grazzja kbira ma' Repubblika. Xi ġranet ilu, huwa ħadha kontrina dwar id-deċiżjoni li ħadna dwar il-każ Pilatus li permezz tagħha antiċipajna l-possibilità ta' ħruġ ta' [...]

Għall-qerq, ħadd m’għandu l-ħila li jħabbatha magħhom

By
2023-05-09T19:02:48+02:00Tue, 9th May '23, 08:09|

Għadha kemm inbdiet kampanja mmirata biex tiskredita lil Repubblika u l-kbir għadu ġej. Għad m'hix magħrufa l-identità ta' dak jew ta' dawk li qed iniedu din il-kampanja u dan mhux biss għaliex l-id li qed tixħet il-velenu tinsab moħbija. Jeżistu diversi għejjun li jista' għandhom il-motiv u l-opportunità u għalissa diffiċli li wieħed igħid ir-riħa [...]

Frott it-tixwix

By
2023-05-03T11:03:05+02:00Wed, 3rd May '23, 09:45|

Fil-Jum Dinji dwar il-Libertà tal-Istampa ma xtaqtx noqgħod nitħaddet fuqi nnifsi. Ser taqra' dan li ġej għax nixtieq nagħti kuntest lokali għal dak li kkonkludew tal-RSF: jiġifieri li huwa aktar faċli li wieħed jaħdem bħala ġurnalist fil-parti ta' Ċipru okkupata mit-Torok, fl-Ungerija ta' Orban, fil-Burkina Faso mifnija bil-gwerer u fil-pajjiż korrott tal-Maċedonja ta' Fuq, milli [...]

Lill-Kummissarju Reynders mingħalihom li ser ibellgħuhielu li f’Malta issa kollox ward u żahar

By
2023-04-28T18:37:20+02:00Fri, 28th Apr '23, 07:36|

Il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-ġustizzja jinsab Malta għal ftit ġranet. Waqt li jkun hawn ser jiltaqa' ma' ministri li, minn dak li rriżulta minn xi laqgħat li saru fil-pubbliku, qalulu li Malta "kienet tgħallmet il-lezzjonijiet li kellha titgħallem" dwar il-governanza tajba u li issa kollox ward u żahar. Dalgħodu ser jiltaqa' mal-NGOs u jien bi ħsiebni [...]

Id-dnub ma jorqodx

By
2023-04-26T10:13:42+02:00Wed, 26th Apr '23, 08:17|

Angelo Gafà jiċħad li ħeba' maħfriet li ngħataw bil-quddiem lil uffiċjali tal-Pilatus Bank li kienu ġew identifikati minn Maġistrat bħala l-persuni li kellhom jittieħdu passi bil-qorti kontra tagħhom. Din iċ-ċaħda saret minkejja l-fatt li l-ktieb il-ġdid li xandar Robert Aquilina bil-provi ċari jindika l-kuntrarju: permezz ta' e-mails interni li kienu ġew skambjati, uffiċjali tal-pulizija jitkellmu [...]

Alfred Sant għandu memorja twila

By
2023-04-25T19:53:01+02:00Sun, 23rd Apr '23, 07:54|

Illum bosta huma dawk li ma għexux iż-żmien li matulu l-politika Maltija kellha lil Alfred Sant bħala politiku ewlieni. U l-bqija jinsew li għandhom ikunu grati talli m'għadhomx jiftakru żmienu. Il-bieraħ assistejna għall-aħħar att tiegħu fil-programm tar-radju ta' Andrew Azzopardi, li xejn ma niżel għasel. Bi ħsiebni nsemmi ftit mill-ħsibijiet filosofiċi li ħareġ bihom u [...]

Sistema tal-ġustizzja li taħtha jinqabad il-makku filwaqt li l-klieb il-baħar igħadduha lixxa

By
2023-04-21T12:35:37+02:00Fri, 21st Apr '23, 10:41|

Agħtu daqqa t'għajn lejn it-titlu t'hawn fuq. Nistħajjel bħallikieku nkiteb il-kliem li ġej: “It-tipjip tas-sigaretti jtawwallek ħajjtek b'5 snin, igħid il-ministru tas-saħħa”. Fl-imgħoddi diġà kellna inkjesti pubbliċi indipendenti. L-inkjesta tal-Imħallfin dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ma daħlitx f'kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' responsabbiltà kriminali għaliex din ir-responsabbiltà hi fil-kompetenza tal-awtoritajiet tal-pulizija, tal-maġistrati u tal-prosekutur. [...]

Hu jinsa’ filwaqt li aħna niftakru

By
2023-04-19T16:40:58+02:00Wed, 19th Apr '23, 11:10|

Jien ma twilidx negozjant. Mhux bħal Keith Schembri. Qatt ma għext ta' negozjant u mhux bi ħsiebni mmut ta' negozjant. Nirrikonoxxi li hu għandu talenti li jien m'għandix, kif għandhom Roger Federer, Stephen Fry u Rocco Siffredi. Iżda, bħalhom ilkoll, għandi ħiliet li għandu kull bniedem. Jitgħaxxew meta jiġu mgħarxa. Joħroġ id-demm meta jinqatagħlhom laħamhom. [...]

Ħarġu t-tarka biex jagħtu kenn lill-kriminali u lill-korrotti

By
2023-04-17T17:58:16+02:00Mon, 17th Apr '23, 08:19|

Robert Abela tkaża bil-bloggers u bl-awturi tal-kotba u stqarr li dawn huma dilettanti li qed jaħlu ż-żmien tagħhom filwaqt li hu jinsab mehdi joħloq il-ġid u x-xogħol għall-pajjiż. Mhux kulħadd jista' jkun Prim Ministru. Jista' jkun hemm wieħed biss f'kull perijodu ta' żmien. Jekk huwa minnu li qed joħloq ix-xogħol, ikun qed jagħmel xogħolu. Jekk [...]

Illum Robert Aquilina tajjar l-għatu ta’ borma li ilha tbaqbaq

By
2023-04-15T16:12:31+02:00Sat, 15th Apr '23, 10:46|

Dalgħodu MidSea Books xandru ktieb ġdid ta' Robert Aquilina li jġib l-isem: “Pilatus: A Laundromat Bank in Europe”. Il-ktieb fih 734 paġna, iżda m'għandkomx għalfejn taqrawh minn qoxra sa qoxra għaliex minn paġna 265 'il quddiem jidhru stampati l-provi li fuqhom għandhom jiġu msejsa l-prosekuzzjonijiet kontra ċorma kriminali li wettqu delitti serji f'Malta u li [...]

Jean Paul Sofia maqtul għat-tieni darba

By
2023-04-14T12:24:11+02:00Fri, 14th Apr '23, 09:14|

Ġuvnott fl-aħjar tiegħu nqatel midfun taħt xita ġebel u terrapien f'binja mibnija ta' kafkaf fuq art pubblika. M'huwiex l-ewwel jew l-aħħar wieħed li nqatel sforz it-traskuraġni u r-regħba ta' ħaddieħor. Iżda d-determinazzjoni qawwija ta' ommu li ma tippermettix li l-qtil ta' binha jintnesa' u jgħaddi mal-oħrajn, irrendiet lil dan il-każ bħala wieħed uniku. L-eku tal-qtil [...]

Dawk li jmexxu lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u lill-PBS għadhom kemm taw pubbliċità lin-Nażiżmu u lill-mibgħeda razzjali ffinanzjata mill-poplu. Warrbu minn hemm!

By
2023-04-13T10:41:38+02:00Thu, 13th Apr '23, 08:25|

L-istat Malti ma jista' qatt ifittex l-iskużi biex jiffinanzja, jippromwovi u jagħti pubbliċità lil ktieb anti-semitiku li jiskuża lill-Olokawst u li jfaħħar lil Hitler. L-awtur ta' “Mein Führer Adolf Hitler, L-Istorja u l-Bijografija” ta' ġieħ u rringrazzja lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Dan il-fatt waħdu ma jfissirx li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iffinanzja l-pubblikazzjoni ta' dan il-ktieb. Iżda [...]

Ħatra importanti mill-gvern Taljan għal ħabib ta’ Muscat: l-eks prim ministru ta’ Malta kien laqqa’ lil Scaroni ma’ Yorgen Fenech

By
2023-04-13T09:59:43+02:00Thu, 13th Apr '23, 08:04|

Waqt laqgħa li saret bejn il-mexxejja tal-koalizzjoni tal-gvern Taljan, Forza Italia - l-partit politiku ta' Silvio Berlusconi - għadu kemm assikura li persuna kunsidrata li hi qrib ħafna tal-biljunarju u eks prim ministru Taljan tinħatar f'kariga importanti. Paolo Scaroni ser imexxi l-bord tal-gvernaturi tal-Enel, kumpannija li tinnegozja x-xiri taż-żjut li fiha l-istat Taljan għandu 23.6% [...]

Nintagħrfu mis-skiet tagħna

By
2023-04-11T10:42:50+02:00Tue, 11th Apr '23, 08:30|

L-awtoritiajiet Maltin lanqas biss indenjaw ruħhom li jiċħdu. Diversi NGOs xlew lil Malta li ordnat lill-bastimenti merkantili sabiex ma jagħtux l-għajnuna tagħhom lill-migranti li jinsabu f'diffikultà, minkejja li dawn ilhom ġranet sħaħ f'periklu tal-għarqa f'nofs baħar imqalleb jistennew bil-ħerqa li xi ħadd iħenn għalihom u jiġu salvati. Dan hu livell ta' kefrija li ma jitwemminx: [...]

Jason Azzopardi m’għandu bżonn lil ħadd biex jaqbeż għalih. Iżda l-klijenti tiegħu jeħtieġ li jkun hemm min jaqbeż għalihom

By
2023-04-08T20:09:27+02:00Sat, 8th Apr '23, 08:52|

Lil min ma jaraniex ħelwin, ma nlaqqmuħx li huwa mafjuż kif ġieb u laħaq. Dan m'huwiex xi laqam li joqgħod tajjeb ma' kull ċirkostanza ostili. Li kieku kellna napplikaw il-laqam b'dan il-mod, inkunu qed inċajpru t-tifsira vera tiegħu u nibdew nagħmlu ħafna għaġeb fuq kollox. Il-poster li ddendel fil-vetrina tan-negozju ta' karrozzi sekondaman ta' Christian [...]

Go to Top