Michelle Muscat tammetti li tkellmet ma’ xhud fl-inkjesta Egrant
Illum mart il-Prim Ministru Michelle Muscat wieġbet għal mistoqsijiet li sarulha minn Lovin Malta dwar storja mxandra minn din il-website li s-sieħba tagħha fin-negozju kienet ħallset f'daqqa dak kollu li kien dovut fuq xiri ta’ appartament fi New York u dan ftit ġranet biss wara li kien allegatement sar ħlas lilha ta’ 400,000 Dollaru Amerikan minn Pilatus Bank. [...]