L-Industrija tal-Gaming tgħid li l-ġrajjiet li qed iseħħu f’Malta huma “ta’ tħassib kbir”

By
2019-12-11T14:30:17+01:00Mon, 9th Dec '19, 16:21|

L-għaqda li fiha tiġbor ir-rappreżentati tal-industrija tal-gaming f'Malta ħabbret li l-ġrajjiet li seħħew f'Malta f'dawn il-ġranet "kienu u għadhom ta' tħassib kbir għall-industrija tal-iGaming li topera madwar id-dinja u li hi bażata f'Malta. Bħal kull industrija oħra, l-Industrija tagħna tikber sforz l-istabilità u titlob li jkun hemm livelli għoljin fi ħdan l-istituzzjonijiet f'dik li hi [...]

Joseph Muscat warrab issa

By
2019-12-09T17:46:24+01:00Mon, 9th Dec '19, 12:12|

Issa kulħadd kelma waħda. Milli jidher kulħadd, ħlief dawk li jridu li jkollhom kariga fil-gvern wara l-Milied. L-eks President Marie Louise Coleiro l-bieraħ qalet li "kull min kien imdaħħal fl-assassinju ta' Daphne għandu jwarrab issa". Ma eskludietx lil Joseph Muscat. Marlene Mizzi għadha kemm kitbet fil-Facebook u għamlet sejħa lil Joseph Muscat biex iwarrab issa. [...]

Hawn Malta, kull jum huwa jum kontra l-korruzzjoni.

By
2019-12-09T17:45:31+01:00Mon, 9th Dec '19, 12:07|

Il-Kunsill tal-Ewropa llum ifakkar il-Jum Dinji kontra l-Korruzzjoni. Hawn Malta ilna nikkumbattu l-korruzzjoni kuljum għal xhur u snin. Hawn qed taraw attivisti bħalissa barra l-bini ta' Kastilja u hemm oħrajn li ilhom jokkupaw id-daħla tal-istess bini minn dalgħodu u li magħhom ma nistax nikkomunika għaliex il-pulizija qafluhom ġewwa. Hawn nieżla xita qliel. Iżda maħruqin kif [...]

Der Spiegel: Malta hi l-problema li jmiss tal-Unjoni Ewropea.

By
2019-12-09T17:38:55+01:00Sun, 8th Dec '19, 22:15|

Ir-rivista ewlenija Ġermaniża li x'aktarx hi wkoll l-aqwa rivista fl-Ewropa, Der Spiegel xandret artiklu dettaljat dwar is-sitwazzjoni f'Malta. Tistgħu taqrawħ hawn bl-Ingliż. Din l-ġejja hi kwotazzjoni qasira: "F'Malta mhuwiex faċli li titkellem mal-Maltin dwar il-politika. F'pajjiż li għamel 150 sena bħala kolonja tar-Renju Unit, hemm qasma kbira bejn iż-żewġ naħat politiċi: jew int segwaċi tal-Partit Laburista [...]

Why it’s significant that independent media back tomorrow’s protest

By
2019-12-09T17:38:04+01:00Sat, 7th Dec '19, 19:30|

https://youtu.be/ibzQlPIf7EE   The Times of Malta, The Malta Independent, Malta Today, The Shift News and Lovin Malta have all editorially announced they back tomorrow's civil society protest in Valletta. This is significant. This is important. The truth about Daphne Caruana Galizia's killing has emerged thanks to the work of journalists working in all those organisations. [...]

GUEST POST: Legat Muscat

By
2019-12-06T08:10:57+01:00Fri, 6th Dec '19, 08:10|

Il-legat tiegħek, Joseph Muscat, huwa illi llum għandna nofs popolazzjoni lluppjata. Dan għamiltu bix-xandiriet tal-mistħija mimlija gideb sfaċċat u promessi ta' ġid bla rażan, meta fill-fatt l-intenzjoni aħħarija tiegħek kienet waħda biss: Li taħtaf kull ma ssib quddiemek akkost ta' kollox u li kull mezz, hu x'inhu, ħażin kemm hu ħażin, jiġġustifika dan l-għan aħħari [...]

Xi jfisser li tkun Ewropew

By
2019-12-06T07:35:38+01:00Thu, 5th Dec '19, 07:45|

L-apoloġisti li għadhom ma xebgħux jaqbżu għal Joseph Muscat, il-battalja li hawn fil-pajjiż bħalissa għall-kuxjenza ta' Malta jridu jpinġuha bħallikieku hi xi taqbida bejn in-Nazzjonalisti u l-Laburisti. Dan huwa l-uniku mod li biħ qed jittamaw li jkunu jistgħu jikkonvinċu lill-votanti Laburisti biex jagħmlu dak li qatt qabel ma ġew mitluba li jagħmlu: jiġifieri li jagħlqu [...]

Erba’ qtates anarkiċi nazzjonalisti

By
2019-12-04T06:35:45+01:00Tue, 3rd Dec '19, 16:35|

Christian Peregin, li qed jikteb sensiela ta' kummentarji ta' kwalità, kiteb li jkun żball kemm il-darba il-Partit Laburista jipprova jpinġi l-kriżi li hawn bħalissa fil-pajjiż bħala kwistjoni ta' natura tribali bejn Laburisti u Nazzjonalisti. Meta Michael Farrugia stqarr li d-dimostranti huma "PN", l-NGO Aditus tgħidx kemm irrabjaw. Dawn għandhom kredenzjali li huma akbar minn dawk [...]

Diskors dwar tixrid ta’ demm

By
2019-12-04T06:34:42+01:00Tue, 3rd Dec '19, 15:49|

Wara madwar ġimgħa ta' aljenazzjoni jidher li, mid-dar ta' Keith Schembri, Neville Gafà lill-ministri u d-deputati tal-Labour qed joħorġilhom l-ordnijiet dwar x'għandu jingħad. Deputat wara l-ieħor issa qiegħdin jixlu lid-dimostranti li "jridu t-tixrid tad-demm".  Mhux magħruf kif saru jafu d-dimostranti "xi jridu" ġaladarba dawn qatt ma talbu li jkun hemm it-tixrid tad-demm. Tgħid Michael Falzon, [...]

Waqqalna wiċċna l-art mad-dinja

By
2019-12-04T06:33:48+01:00Tue, 3rd Dec '19, 15:27|

Dan huwa l-mod li bih wieħed għandu jsellem lil dak li għadu jridha ta' prim ministru li ma jridx iżarma mill-uffiċċju tiegħu għax jibża' li jispiċċa b'idejn maqfulin fil-manetti. Joseph Muscat għandek twarrab issa. Kullħadd qed igħidlek l-istess kelma: l-avukati, l-ispiżjara, l-awdituri, ġurnalisti ta' kull fehma politika inklużi dawk li kienu jappoġġjawk u persuni li [...]

Qrajtuha t-Times of Malta tal-lum? Keith Schembri f’liema pajjiż fid-dinja kien jitħalla jiġri barra bħalissa? F’pajjiż wieħed biss: dak li jinsab taħt il-kontroll ta’ Joseph Muscat. Illejla nipprotestaw mill-ġdid.

By
2019-12-03T16:10:54+01:00Tue, 3rd Dec '19, 08:39|

Keith Schembri huwa msemmi b'mod ċar f'dokument miktub minn Melvin Theuma u li nstab fil-pussess ta' Yorgen Fenech, il-bniedem li ngħata maħfra minn Joseph Muscat bħala l-moħħ wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. U minkejja dan kollu, fuq ordni ta' Joseph Muscat, Keith Schembri diġà ġie eżonerat mill-pulizija. Dan m'huwa xejn ħlief cover-up ta' assassinju [...]

Bewweġ ‘il barra bħal ġurdien imxarrab

By
2019-12-03T16:11:38+01:00Tue, 3rd Dec '19, 08:16|

Inkiss inkiss bewweġ 'il barra mill-kantina tal-bini tal-Parliament u fid-dlam ħarab jiġri mill-foss. Joseph Muscat kien qisu ġurdien imxarrab jitqagħbad biex jaqbeż 'il barra minn vapur inkaljat. Mhux dak kien il-pjan: ried joħroġ mill-bieb ta' barra biex juri l-arroganza tiegħu. Qalilna li ried jagħmel dibattitu fil-Parlament biex jitkellem dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dam [...]

Go to Top