Issa kulħadd kelma waħda. Milli jidher kulħadd, ħlief dawk li jridu li jkollhom kariga fil-gvern wara l-Milied.

L-eks President Marie Louise Coleiro l-bieraħ qalet li “kull min kien imdaħħal fl-assassinju ta’ Daphne għandu jwarrab issa”. Ma eskludietx lil Joseph Muscat.

Marlene Mizzi għadha kemm kitbet fil-Facebook u għamlet sejħa lil Joseph Muscat biex iwarrab issa.

Dawn m’humiex persuni li vvutaw PN fl-2017. Dawn huma persuni li qatt ma vvutaw PN.

Dawn ma jippretenduhiex ta’ “qaddisin mixjin fl-art”. Dawn m’humiex “il-klikka ta’ Daphne”.

Dawn huma persuni li għandhom id-diċenza li l-qtil ma jaċċettawħ f’ebda ċirkostanza. Persuni li jagħżlu d-diċenza fuq ir-regħba. L-umanità fuq il-lejaltà lejn il-partit. U l-pajjiż fuq il-partit.

Lil nies bħal dawn Joseph Muscat qed ikompli jinjorahom u qed juri li jdejh huma marbutin. Qed juri wkoll li huwa qed jaqdi l-interessi tal-mafja li qiegħditu fil-kariga li għandu u qed iġġiegħlu jibqa’ f’postu sakemm tara lil min se tqiegħed floku.