Neville Gafà hekk jagħmel meta jmur għal vaganza

By
2018-11-26T17:25:24+01:00Mon, 26th Nov '18, 09:10|

Ejjew għal mument ninsew li Neville Gafà kien ġie akkużat minn diversi xhieda li xxaħħam fl-għoti tal-viżi mediċi lil ċittadini mil-Libja. Ejjew għal mument ninsew li x-xhieda li jistgħu jwasslu biex jeħel għall-allegati reati kriminali mhux qed jitħallew jersqu lejn Malta. Ejjew għal mument ninsew li għal darb'oħra min huwa taħt suspett tħalla jiżloq minn [...]

Sfiduċja

By
2018-11-26T17:24:39+01:00Fri, 23rd Nov '18, 12:21|

Il-mozzjoni ta' sfiduċja f'Konrad Mizzi li ppreżenta l-Partit Demokratiku hi importanti u kienet meħtieġa. Jekk il-Parlament ma jikkonfrontax lill-gvern, min huwa lest li jagħmel dan? B'riżq l-istabilità l-gvernijiet jkunu jeħtieġu l-appoġġ ta' maġġoranza Parlamentari. Dan huwa ġust u hekk għandu jkun. Iżda l-gvern għandu dejjem ikun kontabbli lejn il-minoranzi Parlamentari. U l-Parlament m'huwiex kompost biss [...]

Meta jordnaw lil wieħed minna biex jiskot, għandna nqumu għalenija biex nirrepetu dak li jkun intqal

By
2018-11-22T16:28:30+01:00Thu, 22nd Nov '18, 12:52|

Qed jitħajjru jikkupjaw dak li issa sar moda fis-Sala Stampa tal-White House. Jekk il-President jew xi kelliem minn tiegħu jevitaw li jwieġbu mistoqsija ta' ġurnalist, jerġa' jistaqsi l-istess mistoqsija l-ġurnalist li jkun imissu hu biex jistaqsi. Dan huwa l-uniku mod kif l-istampa tista' tibqa' ħielsa mill-kontroll politiku. L-iSpeaker tal-Parlament tagħna lil The Shift News ordnalha [...]

GUEST POST: Konna Nazzjonalisti

By
2018-11-22T16:29:14+01:00Thu, 22nd Nov '18, 12:05|

Guest Post miktub minn persuna magħrufa minni li sejjaħ lilu nnifsu 'Lake'. Ġieli nitħasseb dwar fiex jinsab il-Partit Nazzjonalista. Niftakar żmien mhux tant 'il bogħod meta kont insegwi lil Eddie Fenech Adami. Kellii 15 il-sena meta kien reġa' kiseb maġġoranza parlamentari u mandat biex jerġa' jagħti l-ħajja lin-negozjati biex Malta ssir membru tal-UE. Lil Eddie [...]

Repubblika: Dan hu abbuż ta’ poter

By
2018-11-21T10:27:53+01:00Wed, 21st Nov '18, 11:10|

Din hi stqarrija ta' Repubblika li saret illum: Repubblika tesprimi r-rabja tagħha għall-istqarrija li għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat il-bieraħ biex jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu li jibqa’ jżomm fil-kariga lill-kap tal-uffiċju tiegħu Keith Schembri u lill-Ministru Konrad Mizzi. Qabel l-elezzjoni li għaddiet Joseph Muscat kien ilu aktar minn sena jiġġustifika lilu nnifsu li żamm lil dawn [...]

L-aqwa żmien ta’ ferħ u kuntentizza

By
2018-11-22T16:27:10+01:00Wed, 21st Nov '18, 09:23|

L-iskandlu 17 Black hu l-akbar skandlu fl-istorja politika ta' Malta. Qatt ma kien hawn skandlu ieħor bħalu - għallinqas dawk li nafu bihom. Il-provi dokumentati li diġà jeżistu ħadd ma jista' jmerihom. Jekk dawn il-provi m'humiex biżżejjed biex iwasslu għal kundanna ta' ħtija quddiem qorti, allura m'hu ser ikun qatt possibbli li jiġu kundannati dawk [...]

Spjegazzjoni tal-iskandlu 17 Black

By
2018-11-22T16:26:31+01:00Tue, 20th Nov '18, 15:12|

Segwi dan il-video li fih Simon Busuttil jagħmel spjegazzjoni pass pass dwar l-iskandlu 17 Black u jfissirlek ir-raġunijiet għaliex bħalissa int għandek tkun infuskat bir-rabja. Jekk m'intix tħossok irrabjat, ifisser li għadek ma fhimtx dan l-iskandlu kemm qed jiswa lil butek. https://www.facebook.com/BusuttilSimon/videos/354128238729005/

L-Inkjesta kriminali dwar Keith Schembri u Konrad Mizzi bdiet “ġimgħat ilu” u dawn baqgħu ma warrbux

By
2018-11-20T15:02:20+01:00Tue, 20th Nov '18, 08:55|

Ftakart f'dak li kien qal u għalhekk fittixt biex inkun nista' nikkwotah. Qabel l-aħħar elezzjoni kien qalilna li Keith Schembri jkollu jwarrab jekk jiġi mixli. U sibt ukoll rapport dwar diskors li kien għamel il-prim ministru fl-2017 hu u jħabbar il-Kabinett li fiħ ikkonferma lil Keith Schembri bħala ċ-chief of staff tiegħu u fejn kien [...]

Michael Farrugia l-ewwel jikkonferma u mbagħad jerġa’ jibdielu. Manipulazzjoni jew kummiedja?

By
2018-11-20T11:12:35+01:00Mon, 19th Nov '18, 16:11|

Ftit tal-ħin ilu d-Dipartiment tal-Informazzjoni ħareġ din l-istqarrija. Din suppost kellha tkun kjarifika għal dak li l-bieraħ Michael Farrugia qal lil TG3. Il-kumment tiegħu ġie interpretat bħala konferma tal-istorja li xandar il-bieraħ The Sunday Times of Malta li persuna se tiġi arrestata u se tiġi mixlija li kienet il-moħħ wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. [...]

Skiet li jtarrax mill-Pulizija

By
2018-11-20T11:13:32+01:00Mon, 19th Nov '18, 13:49|

Jum sħiħ wara li tħabbar fil-famuż rapport imxandar fil-faċċata ta' quddiem ta' The Sunday Times of Malta li se jsiru l-arresti b'rabta mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, s'issa bqajna ma smajna xejn. Dak ir-rapport fil-ġurnal ma jistax jitwarrab kif ġieb u leħaq: ma ġiex miċħud mill-aġenziji li ssemmew fih, inkluża mill-Europol. Hu u jitkellem ma' [...]

Michael Farrugia jikkonferma l-istorja mxandra minn The Sunday Times of Malta dwar l-investigazzjoni dwar l-assassinju ta’ Daphn: “Hu ttamat li jsiru l-arresti dalwaqt”

By
2018-11-20T11:11:40+01:00Sun, 18th Nov '18, 21:30|

Wara jum sħiħ ta' skiet, il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia kkonferma rapport li xxandar fil-ħarġa tal-lum ta' The Sunday Times of Malta, filwaqt li aktar kmieni llum kellem lil TG3. "L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Qed naħdmu fuq informazzjoni importanti li għaddewlna tal-Europol u nittamaw li dawk responsabbli jiġu arrestati dalwaqt". Michael Farrugia ġie kwotat minn Rai 3, [...]

17 Black: ebda ċaħda, ebda konferma, ebda kumment

By
2018-11-19T09:04:06+01:00Sun, 18th Nov '18, 20:46|

Ilna minn dalgħodu li qrajna fuq The Sunday Times of Malta li l-Pulizija qed tmexxi inkjesta kriminali dwar 17 Black. The Sunday Times of Malta ma qalitx dan b'mod ċar u tond, iżda tat ħjiel li ċ-chief of staff tal-Prim Ministru u Ministru tal-gvern huma s-suġġett ta' investigazzjoni kriminali bħala persuni suspettati li kellhom sehem fi [...]

L-istorja mxandra f’The Sunday Times of Malta timplika li Konrad Mizzi u Keith Schembri qed jiġu nvestigati kriminalment. X’qed jistennew biex jirriżenjaw?

By
2018-11-18T21:41:07+01:00Sun, 18th Nov '18, 11:23|

Hemm ħafna x'wieħed jomgħod mill-istejjer li xxandru dalgħodu fil-faċċata ta' quddiem ta' The Sunday Times of Malta, liema stejjer tal-Labour b'xi mod qed ipinġuhom bħallikieku qed jagħtu xi raġun lil dak li qed igħidu huma. Jekk nassumu li kulħadd qed jaġixxi skond il-kuxjenza, mill-informazzjoni li ngħatat lil The Sunday Times of Malta jirriżulta fatt sempliċi [...]

Repubblika: A civil society movement

By
2018-11-18T08:18:58+01:00Sun, 18th Nov '18, 08:18|

Stqarrija Numru t’attivisti mis-soċjeta’ ċivili ħabbru t-twaqqif ta’ ‘Repubblika’ organizzazzjoni mis-soċjeta’ ċivili bl-għan li jipparteċipaw fid-djalogu nazzjonali dwar il-ħarsien u t-titjib fil-mezzi tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ħarsien u t-tisħiħ tad-demokrazija f’Malta. L-attivisti stqarrew l-impenn tagħhom lejn il-valuri kostituzzjonali tas-sewwa li sejjħulhom is-sisien tal-ħajja tas-soċjeta’ Maltija. Fl-istess waqt esprimew inkwiet kbir dwar it-tmermir kontinwu u perikoluż [...]

Jigdbu lil kulħadd u lilhom infushom

By
2018-11-18T21:39:42+01:00Sat, 17th Nov '18, 16:57|

Teżisti regola bażika li jifhimha kulħadd: jekk issir xi ħaġa llegali, l-Pulizija għandha tinvestiga biex issir taf x'ġara' jew ma ġarax, għandha tiġbor il-provi li jista' jkun hemm dwar ksur tal-liġi u mbagħad għandha tixli quddiem il-qorti lil min ikun kiser il-liġi. Għalkemm hemm ħaddieħor li jista' wkoll jgħin biex ma tinkisirx il-liġi, li jikxef [...]

Joseph Muscat: “Nirriżenja jekk niġi mplikat fl-iskandlu 17 Black”. Mela tista’ ddabbar rasek minn issa.

By
2018-11-18T21:37:36+01:00Fri, 16th Nov '18, 13:06|

Mhux ta' b'xejn qed jaħarbu lill-ġurnalisti bħallikieku dawn għandhom il-pesta. Mhux ta' b'xejn qed jirrifjutaw li jiġi ntervistati minn ġurnalisti internazzjonali biex imbagħad bl-ardir kollu jibgħatu l-ambaxxaturi biex jilmentaw mal-imgħallmin tagħhom dwar żbilanċ fl-irrappurtat tal-istejjer. Mhux ta' b'xejn qegħdin jiksru l-liġijiet bl-addoċċ f'attentat biex iwaqqfu l-ġurnalisti milli jagħmlu dmirhom u jistaqsuhom il-mistoqsijiet. Qed jagħmlu dan [...]

Festin baxx baxx

By
2018-11-18T21:38:48+01:00Fri, 16th Nov '18, 12:18|

Robert Arrigo se jorganizza festin għall-kostitwenti f'għeluq sninu fl-1 ta' Diċembru fil-Lukanda Dolmen. Min hu dilettant ta' dawn l-okkażjonijiet, aħbar bħal din is-soltu jsibha fil-paġni ta' In-Nazzjon. Iżda din is-sena Robert Arrigo ħa deċiżjoni strateġika biex il-festin ta' għeluq sninu ma jirreklamaħx la f'In-Nazzjon u lanqas f'xi mezz ieħor tax-xandir tal-PN u min ikun irid [...]

It-TVM sar Super Two?

By
2018-11-18T21:35:52+01:00Wed, 14th Nov '18, 19:18|

Hi ġustifikata l-kritika li saret mill-Istitut tal-Ġurnalisti lil Konrad Mizzi talli dan għażel li jaħrab mistoqsijiet tal-istampa ħielsa. Madankollu tal-IĠM ma qalux kollox. Kull darba li Konrad Mizzi jkun irid iwassal messaġġ lill-pubbliku, m'għadux jibgħat għall-membri tal-istampa u issa ħa d-drawwa li jonfoq flus mill-kaxxa ta' Malta biex iħallas għar-riklami fil-media soċjali. Dan għaliex m'huwiex [...]

Fenech, Gasan, Apap Bologna: għandkom ħafna mistoqsijiet xi twieġbu

By
2018-11-14T18:19:29+01:00Wed, 14th Nov '18, 17:04|

Nippretendi li f'dan l-istadju, s-sħab kollha fl-Electrogas kellhom għall-inqas jagħmlu stqarrijiet ċari biex jispjegaw x'kienu u x'ma kinux jafu dwar il-ħolqien ta' kumpannija fid-Dubaj - 17 Black - u dwar il-ftehim li din laħqet mal-kumpanniji tal-Panama Hearnville u Tillgate biex tħallashom ammonti kbar ta' flus. Minn investigazzjoni li saret mir-Reuters irriżulta li 17 Black kienet [...]

Tgħid Varist Bartolo għadu jgħid li int annimal?

By
2018-11-14T18:17:47+01:00Tue, 13th Nov '18, 18:13|

Fi żminijiet oħra, meta Varist Bartolo stess ma kienx lanqas joħlom li jgħatti x-xtur tal-korruzzjoni li sseħħ taħtu u fi żmien ukoll meta lanqas hu stess - ta' ġurdien xiħ li hu - ma kien għadu ntebaħ li Joseph Muscat kien f'konfoffa sħiħa ma' Konrad Mizzi u Keith Schembri, dan il-galantom kien ażżarda jistqarr li [...]

Go to Top