Hekk jiġġustifikaw ruħhom tal-Labour. Jitfgħu partita kuntradizzjonijiet fi kliemhom, iħalltu kwistjoni ma’ oħra, u jġegħilu lin-nies jagħlqu ħalqhom u jilagħbuha tan-newtrali.
Rajthom jagħmluha ma’ raġel intelliġenti xi ftit tal-ġimghat ilu. Owen Bonnici pprova jgħerreq lil Antonio di Pietro f’baħar ta’ fatti dubjużi, nofs veritajiet u gideb, tant li dal-povru raġel kellu jaqdef bis-salt biex irnexxilu jifhem x’kien qed jingħad. Iżda raġel intelliġenti bħal di Pietro diġà għadda minnha ħaġa bħal din. U sal-għada kien diġà nduna li d-difiża sempliċi ta’ Konrad Mizzi hija li dak li l-kaxxi li ħeba l-Panama issa battalhom. U Antonio di Pietro infaqa’ jidħaq f’wiċċu.
Konrad Mizzi għadu qed jgħid li ħadd qatt ma jista’ jsibu ħati ta’ xi akkuża għax, biex nuża kliemu, l-assi tiegħu għadhom ma ġewx popolati.
Il-fatt li għadu għaddej biha did-diska; il-fatt li rridu nkomplu nisimgħuh; tillegittimizzah. Totò Riina baqa’ jgħid li kien innoċenti minn wara l-iżbarri tal-ħadid sa ma miet. Iżda Totò Riina kien ġo ċella. Konrad Mizzi għadu jokkupa kariga fil-gvern.
U l-gvern jappoġġjah u jgħattilu minflok ittellgħu l-Qorti. L-investigaturi li skoprew x’kien qed jaghmel tkeċċew u ġew mhedda bil-ħabs jekk jitkellmu dwar dak li jafu. L-MEP li llum mar il-Qorti bl-informazzjoni ġie ttimbrat bħala traditur u ġie mhedded ukoll b’ikla ħabs.
U biex jiżolaw lil dawk li qed ifittxu li ssir ġustizzja, propagandist tal-Partit Laburista b’pass ta’ ġurnalist illum ħabbar li politiku tal-PN jinsab taħt investigazzjoni tal-FIAU. Bla dubju l-FIAU se juru entużjażmu kbir għal din l-investigazzjoni. U mhux se jhabblu rashom dwar ir-riskju tal-ħabs meta jilleakjaw il-kontenut tal-investigazzjoni. Il-liġijiet tal-pajjiż japplikaw biss meta jkunu ta’ servizz għall-Partit Laburista.
Qed issir dejjem iktar diffiċli li tiqfilha s-setgħa tal-istat. Il-Membri Parlamentari fl-Oppożizzjoni u kull min ikun suspettat li jappoġġjahom qed jiġu spezzjonati ripetutament: mhux biss bit-tama li jsibu xi ħaġa ħażina fl-affarijiet tagħhom, iżda iktar bħala att ta’ fastidju biex jagħmluha tal-bulijiet sakemm jagħlqulhom ħalqhom.
Uffiċjali tal-Gvern li jaqdu lill-Partit Laburista juruk li għandhom informazzjoni li mhux suppost jaraw biex jagħlqulek ħalqek, u kapaċi jdendlu fuq rasek it-theddida ta’ storja ivvintata li tibda minn għajdut li tant jinfirex li jibda jitwemmen, b’tali mod dan l-għajdut tibda taħseb li wettquh verament huma stess.
M’għadhomx jgħidu li Konrad Mizzi m’għamel xejn. Issa qed jgħidu li kulħadd kważi maħmuġ daqsu. Biex jiddevjaw l-attenzjoni mill-evidenza dokumentata tal-istrutturi u l-pagamenti li Konrad Mizzi verament għandu, l-alleati tieghu jinsinwaw li ‘kulħadd hekk jagħmel’.
Hekk jieħdu ħsiebha sitwazzjoni. Jirremettu skoss gideb fuqha.
Dak ir-ritratt ta’ Mintoff fejn Daphne Caruana Galizia huwa sintomu propju ta’ din l-attitudni. Ma jridux li n-nies titkellem dwar l-iskandli li kixfet Daphne. Jridu li n-nies titkellem dwar x’kienet taħseb kieku sabet ritratt ta’ Mintoff maġenbha.
Kienet tirrabja izda mhux għar-raġunijiet li qed taħseb fihom. Naqtagħha kienet tinfiska minħabba li nħallu lil tal-Labour igerfxu l-kwistjonijiet u jorbtuna biex noqogħdu nparlaw fil-vojt fuq kwistjonijiet irrelevanti; minħabba li nħallu lil tal-Labour jagħmuna minħabba t-tlellix li jwaddbulna.
Din hi kwistjoni sempliċi. Konrad Mizzi m’għandux ikun ministru ta’ Gvern. Għandu jkun poġġut f’kamra umduża d-Depot iwieġeb għall-mistoqsijiet, u wara għandu jmur quddiem xi mħallef jitkarrab għal-libertà proviżorja.
Il-boss tiegħu dan ma jaffordjahx. Konrad Mizzi jpatpat. Meta jħossu taħt pressjoni, jitbissimlek, imma t-tbissima tinħass sfurzata. U dan idarras lil ħafna nies.
Ikunu jridu jevitaw li jkollhom lil Konrad Mizzi magħluq ġo kamra fejn la jistgħu jarawh u lanqas jisimgħuh, għax bħallikieku, jkunu qed jissieltu għal ħajjithom, litteralment.