Ġurnaliżmu sensazzjonali miċ-Ċentru Nazzjonali tal-Labour.
Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi jippużaw flimkien f’ritratt biex jipperswadu lid-dinja li m’hemmx tilwim bejniethom. U balleċ sabu okkażjoni li fiha żgur ma kinux se jitlewmu.
Ma kontx għadni ntbaħt li dan l-ippużar kollu ħdejn is-sodod ta’ nisa xjuħ akka għadu daqshekk in voga mal-politiċi.
U tal-One TV serrħulna rasna li Bonnici u Zrinzo Azzopardi ma kellhomx xi jgħidu waqt din iż-żjara. Wara kollox fuqxiex seta’ jkollhom xi jgħidu? Dwar xiex kienu se jitħaddtu? Dwar min minnhom kien se jirregalalha l-ikbar bukkett ta’ fjuri? Dwar min minnhom għandha l-aktar grazzja?
Kif soltu jiġri f’xenarji bis-sehem ta’ tlieta, żewġ irġiel qed jitbissmu.