L-għada tal-Milied li għadda, Steward Health Group ħabbar fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook li kien xtara l-konċessjoni ta’ tliet sptarijiet f’Malta.

Il-klijenti tal-grupp ma tantx kienu kuntenti. Il-messaġġ ewlieni kien li ma tantx kienu ferħanin bis-servizz li kienu qed jingħataw u ma tantx kellhom tama li l-affarijiet imorru għall-aħjar issa li dawk li jmexxu l-isptarijiet tagħhom iddeċidew li jmorru oltre l-Atlantiku.