Robert Fico jirriżenja. Joseph Muscat jibqa’ hemm.
Filwaqt li ħaddieħor qed igħaddi mill-għarbiel tad-demokrazija, aħna qegħdin neħlu. L-offerta li għamel Robert Fico li jirriżenja minn Prim Ministru tas-Slovakkja wara l-assassinju tal-ġurnalista Jan Kuciak m'hi xejn ħlief xhieda ħajja li d-demokrazija f'Malta m'hix f'sikkitha. L-offerta li għamel Robert Fico turi li s-sejħa li kienu għamlu l-aħwa Caruana Galizia ftit sigħat biss wara l-assassinju ta' ommhom biex issir ġustizzja [...]