MEPs lill-Bank Ċentrali Ewropew: Agħlaq lill-Pilatus!
Membri tal-Parlament Ewropew, li qed ikomplu jinvestigaw fuq il-korruzzjoni u s-saltna tad-dritt f'Malta, kitbu lil Mario Draghi tal-Bank Ċentrali Ewropew u talbuh jagħlaq il-Bank Pilatus u jirtiralu l-liċenzja. Dan wara li l-gvern ma ħa l-ebda passi biex jagħlaq il-Pilatus minkejja l-fatt li l-uniku proprjetarju ta' dan il-bank spiċċa miżmum f'ħabs federali Amerikan mixli b'sitt kapi [...]