L-arrest ta’ Ali Sadr għamel il-ħsara lil Malta.

Il-fatt li m’huwiex mixli b’reati kriminali li seħħew f’Malta mhux daqstant importanti. U mhuwiex qed jiġi mixli b’reati kriminali li seħħew hawn Malta għax l-awtoritajiet Maltin ħallewħ igħaddiha lixxa. Qed jiġi mixli mill-awtoritajiet Amerikani fl-Istati Uniti talli kiser il-liġijiet ta’ dal il-pajjiż.

Il-fatt li m’huwiex qed jiġi mixli b’reati marbuta mal-Pilatus Bank, bank liċenzjat f’Malta, m’huwiex daqstant importanti. Għaliex l-Amerikani għandhom biżżejjed provi f’idejhom biex iġegħeluh jiekol ikla ħabs għal għomru.

Il-klikka ta’ Joseph Muscat, b’sofistrija tal-iddisprati liema bħalha, issa qiegħda tipprova tiggranfa ma’ dawn l-iskużi.

Aqraw x’kellhom xi jgħidu r-Reuters dwar l-akkużi kontra Ali Sadr: “Chairman Iranjan ta’ bank Malti iwieġeb li mhuwiex ħati ta’ akkużi miġjuba kontrih mill-Amerikani“. Ali Sadr hekk huwa deskritt. Huwa chairman Iranjan ta’ bank Malti. U biex jingħad is-sewwa, ma jistax jiġi deskritt mod ieħor.

Issa kulħadd qed jipprova jfarfar minn fuq l-ispallejn: il-ministri, l-awdituri, ir-regolaturi, l-investigaturi, kollha kemm huma. U huma u jfarfru, isem Malta jkompli jitħammeġ. Dak kollu li qed jiġri lil Malta ċertament mhux tort tal-kotra tal-poplu. Uħud minna għamlu li setgħu biex ma naslux s’hawn.

U madankollu s’hawn kellna naslu.