Daphne Caruana Galizia se tkun onorata wara mewtha bil-Premju Tully 2017 għal-Libertà tal-kelma (2017 Tully Center for Free Speech) fl-Università ta’ Syracuse.

Iċ-Ċentru Tully għal-Libertà tal-Kelma li jinsab fis-Samuel Irving Newhouse School of Public Communications fl-Università ta’ Syracuse f’Syracuse, New York, ingħata bidu fl-2006 bħala legat ta’ Joan A. Tully, lawreata tal-istess skola fis-sena 1969, u promotriċi impenjata bis-sħiħ għal-libertà tal-kelma, għal-libertà tal-espressjoni, għal-libertà tal-informazzjoni u għal Fourth Estate b’saħħtu.

Iċ-Ċentru Tully jeduka lill-istudenti u lill-pubbliku dwar il-valur importanti tal-libertà tal-kelma permezz tal-edukazzjoni, ir-riżorsi u r-riċerka. Bħala parti mil-legat tagħha, Joan Tully talbet li jingħata premju biex jiġi onorat ġurnalist li jkun wera kuraġġ quddiem theddida tal-libertà tal-kelma.

Ir-raġel ta’ Daphne Caruana Galizia’s, Peter, u t-tliet uliedha, Matthew, Andrew u Paul, se jattendu ċ-ċerimonja tal-għoti tal-premju u jiddiskutu ħajjitha, xogħolha u l-legat tagħha.

Biex jingħata l-Premju Tully, bord ta’ nominaturi minn barra ippreżenta l-ismijiet ta’ diversi ġurnalisti u bord tal-Fakulta Newhouse, studenti u impjegati taċ-Ċentru Tully għażlu lil Daphne Caruana Galizia minn grupp ta’ ġurnalisti internazzjonali li affaċċjaw theddidiet sinjifikanti għal xogħolhom, inklużi kawżi ta’ libell, ħabs u fastidju serju.

Roy Gutterman, id-direttur taċ-Ċentru Tully qal “Se jkun privileġġ tagħna li nonoraw il-ħajja u l-legat ta’ Daphne ma’ familtha,”. “Daphne issagrifikat ħajjitha biex tgħid il-verità u tesponi l-korruzzjoni. Id-dinja, l-istudenti tagħna u l-komunità universitarja tagħna jistgħu jitgħallmu ħafna mis-sagrifiċċju tagħha.”