Il-ġurnal The Irish Times irrapporta hekk:

“Skond l-att tal-akkuża Amerikan, jidher li ħajjet Ali Sadr kellha rwol doppju. Fl-istess żmien li allegatament kien il-perċimes u l-promotur tar- rabtiet finanzjarji bejn l-Iran u l-Veneżwela, ra kif għamel biex ħoloq bank f’Malta”.

Jekk dalgħodu ma rnexxilekx takkwista kopja tal-Financial Times, The Irish Times xandret l-istorja fuq il-website tagħha.

Tista’ tara isem pajjiżek jgħum fil-ħmieġ. Għaliex il-gvern tiegħek, ir-regolaturi mħallsa mit-taxxi tiegħek u l-professjonisti li suppost għandek tistenna li huma nies ta’ l-affari tagħhom qed igħidulna li “wettqu xogħolhom b’mod professjonali”.

U minkejja dan ara fejn spiċċajna.