Żur www.buttardi.com. U mbagħad erġa’ ejja hawn.

Milli jidher in-negozju fil-ġojjelli ta’ Michelle Muscat għalaq il-bibien. Intagħżel żmien mill-aktar propizju.

Daphne Caruana Galizia kienet kixfet li Ali Sadr kien ħareġ ordni biex jinfetaħ kont f’isem oħtu fil-Pilatus Bank u biex malajr malajr jiġu trasferiti flejjes lil Buttardi fl-Istati Uniti. Aktar tard dan il-website sar jaf li Michelle Buttigieg (sieħba fin-negozju tal-Buttardi ma’ Michelle Muscat) fi żmien ftit ġranet kienet ħallset id-dejn kollu li kellha fuq l-appartament li għandha f’Upper East Side.

F’Jannar li għadda Staqsejt jekk il-Buttardi għadux fin-negozju.

Hekk kif il-Pilatus Bank qed tagħlaq il-bibien tagħha u sidha jinsab f’ħabs mhux bogħod ħafna mill-appartament f’Upper East Side, it-tweġiba sa fl-aħħar ħadniha.