Il-politiċi jidher li għandhom difett komuni li jilħqu stat ta’ estasi b’mod prematur. Wiċċ Adrian Delia iddomina l-istazzjonijiet tat-TV. Għal ftit minuti.

Ħalli nsegwu l-argument loġiku:

L-ewwel: Ir-rapport ma ġiex ippubblikat fit-totalita’ tiegħu u l-PN irid li dan jiġi ppubblikat b’mod sħiħ ħalli nkunu nistgħu naslu għall-verita’.

It-tieni: Simon Busuttil għandu jirriżenja. Tlabtu jien jagħmel dan.

Aċċetta din it-talba jew le?

It-tielet: nissaponi li qabel xejn jixtieq jaqra r-rapport sħiħ. Dan kollu ġara f’ħakka t’għajn.

Possibbli li jien l-uniku wieħed li qed nara kontradizzjoni f’dan kollu? Għaliex Adrian Delia ukoll ma stenniex ir-rapport sħiħ qabel għamel il-ġudizzju tiegħu? Għaliex għaġġel daqshekk biex isegwi l-istruzzjonijiet ta’ Joseph Muscat?

Ir-raġuni hija li dan ukoll kien ippjanat minn Joseph Muscat u huwa parti mill-istorja li bdiet tiżvolġi hekk kif ġie f’idejn il-prim ministru r-rapport tal-inkjesta dwar l-allegata imġieba ħażina tiegħu.

Adrian Delia ilu jistenna li jseħħ l-għejbien ta’ Simon Busuttil sa minn qabel il-mument li ġie elett biex jeħodlu postu. Ried jara t-tluq tiegħu qabel ma kkontesta biex jidħol floku. Ħass li issa kien il-mument opportun.

U issa jmiss lill-allejati politiċi tiegħu. Issemma’ David Casa. Oħrajn li għadhom ma ssemmewx dalwaqt imisshom l-istess destin.

Wieħed wieħed  ser jiġu mċanfra pubblikament u marbuta mal-karrettun.

Bħal Saturnu, il-PN qed jibla’ lil uliedu. Qed jiċħad dak kollu li kien jirrappreżenta. Qed jaqleb għan-naħa l-oħra u fl-istess ħin jittradixxi lil niesu, l-istorja tiegħu u lilu nnifsu.

Illum iż-żwieġ politiku bejn Joseph Muscat u Adrian Delia ġie kkunsmat. Minnufih u b’mod xejn dekoruż. Dawk li ma jaqblux qalulhom jittawlu lejn il-lożor mċappsa bid-demm, “jassumu r-responsabbilta’ tagħhom” u jitilqu.

Nirtu l-isolament ta’ Daphne Caruana Galizia. Chris Cardona deher fuq it-televizjoni illum wara nofsinhar – dak li issa bilfors irridu nemmnuh — biex idur kontra l-attivisti: Kenniesa, Occupy Justice u oħrajn. Issa l-ebda wieħed miż-żewġ partiti ma jiddefendi lil min jipprotesta jew ma jaqbilx.

Qed ikunu xhieda ta’ kolp mhux dikjarat. It-tqattigħ tal-istorja. Il-kanċellament tal-fatti. It-tħassir tal-memorja.

Qed niġu akkużati b’ġenn, b’tixwix u b’ingann mill-uniċi żewġ partiti politiċi fil-parlament.

Iridu jġagħluna nħossuna weħidna. Iridu jġagħluna nħossuna li ħadd mhu jsaqsi l-istess mistoqsijiet li qed insaqsu aħna. Iriduna naċċettaw li meta nsaqsu l-mistoqsijiet inkunu qed nikkommettu tradiment. 

U tabilħaqq, huma wieħed.