Aqraw dan lii ġej fuq il-Bloomberg tal-lum u araw kif tħammeġ isem pajjiżna. Se nikkwota biss il-bran li ġej mill-artiklu li kiteb il-ġurnalista li mar quddiem il-mafkar tal-Assedju l-Kbir qabel il-gvern iddeċieda li jgħattih u jdawwru bil-barrikati: F’dan il-jum, għexieren ta’ turisti waqfu quddiem il-mafkar u qraw il-kliem li jispjegaw is-sinjifikat storiku tal-istatwi. Iżda ħadd minnhom ma ġibed ritratti tal-istatwi. Ilkoll iffokaw fuq il-bażi tal-irħam u fuq il-kartellun li fuqu kien hemm miktub il-kliem “No Justice.”

Id-dinja dalwaqt se tintebaħ x’għadu kemm għamel Joseph Muscat fil-Belt Valletta.