Brian Tonna u Karl Cini jeżiġu l-privatezza. Din hija ħaġa li jippretenduha l-ħallelin. Jittantaw li jużaw il-liġijiet biex jħarsu lilhom infushom mill-iskrutinju pubbliku. Lill-awtoritajiet talbuhom iġiegħlu lil Peter Caruana Galizia jħassar ritratti tal-passporti tagħhom mill-blog ta’ martu. Huwa rrifjuta li jagħmel dan u tahom raġunijiet legali, fosthom dik li hu m’huwiex sid il-blog ta’ Daphne Caruana Galizia u li sidtu m’għadhiex magħna.
Madankollu jista’ jagħti l-każ li Brian Tonna u Karl Cini tibda’ togħrokhom għajnhom minħabba l-preżenza ta’ blogger li għadu mimli bil-għomor. Dejjem jekk jogħġobkom, għafsu l-buttuna “share”.