Dan il-filmat tad-Deutsche Welle jagħtina stampa ċara dwar ir-riżultati tal-Valletta 2018. Intilfet l-opportunità li kellu f’idejħ il-pajjiż biex ikun fiċ-ċentru tal-attenzjoni, biex jingħata l-appoġġ lill-komunità tal-artisti Maltin, biex ngħixu esperjenza tal-valuri Ewropej tat-trasparenza, tat-tolleranza u tad-dibattitu kritiku u minflok rajna attentati biex isikktu d-dissens u l-protesti. Dan il-filmat tlesta qabel il-gvern kompla jiċċensura l-protesti meta dawwar il-mafkar tal-Assedju l-Kbir bil-paraventi u l-barrikati sabiex ma jkun jista’ jersaq lejh ħadd. L-iskandlu huwa agħar milli jaħsbu li hu tad-DW.