F’itta miftuħa mxandra fl-edizzjoni tax-xitwa ta’ Porter magazine, l-attriċi Meryl Streep tfisser il-kliem “kuraġġ veru” hi u tikteb biex tiddefendi l-ġurnaliżmu ġenwin. “Il-kuraġġ huwa wieħed tat-twerwir u attwali, iżda l-ftaħir dwar il-kuraġġ huwa biss sembjanza u teatrin. Naraw biżżejjed eżempji ta’ min jagħmel l-almu kollu tiegħu biex jipprova jimpressjona għal għajn in-nies. Il-kuraġġ veru jinsab personifikat fil-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia li spiċċat trietaq kawża ta’ karrozza bomba u dan talli kitbet dwar il-Panama Papers. Inqim u nsellem lill-ġurnalisti nisa tagħna — inħobb lilhom u lil ħuthom tas-sess oppost li għandhom l-istess kuraġġ”.
“Jeħtieġ li nħarsu, niddefendu u nirringrazzjaw lill-ġurnalisti tagħna madwar id-dinja għaliex huma, bl-iskrupli u bil-prinċipji tagħhom, jinsabu fuq quddiem nett fid-difiża tal-informazzjoni ħielsa. Dawn il-kuraġġjużi ninħtiġuhom biex, qabel nirfsu l-ħamrija tagħha, iwarrbu n-nasbiet mill-għalqa biex żgur ma jfettlilniex nirfsu fuq xi waħda minnhom jew inkella ntellgħu xi oħra fil-gvern,” kitbet Streep.
“F’dawn iż-żminijiet il-ġurnalisti investigattivi, partikolarment il-ġurnalisti nisa, jinsabu f’pożizzjoni vulnerabbli u fuq l-internet qed jiġi ffokat dawl speċjali fuqhom. Dawn il-ġurnalisti li jxandru stejjer f’isimhom ta’ sikwit isibu ma’ wiċċhom bulijiet u ġwejjef kif ukoll xita ta’ mibgħeda”.
Dan diġà huwa aktar minn biżżejjed. Għaddiet kważi sena mill-assassinju tagħha u xi drabi ma naħsbux biżżejjed dwar ir-raġunijiet il-għala konna nammirawha. Dan għaliex il-bulijiet, il-ġwejjef u dawk li jxerrdu l-mibgħeda jkomplu jisparaw bil-għan li jippruvaw jaqtgħulna qalbna u fl-istess waqt iġiegħluna niddubitaw lilna nfusna.
Ibda’ minn Joseph Muscat b’nofs tbissima iħares lejn il-kamera ferħan se jtir li mietet, kompli b’Jason Micallef hu u jsejjaħ biex il-memorja tagħha titearrab mill-belt “tiegħu”; kompli wkoll bil-letarġiku Joe Brincat hu u jipprova jfixkel kawża li fiha l-qorti qed tintalab tirrikonoxxi d-dritt li wieħed jipprotesta wara l-assassinju tagħha; ibqa’ sejjer b’Owen Bonnici li jirrombla fuq id-dritt li wieħed jipprotesta; imbagħad b’Chris Cardona li jċedi kawża ta’ libell, li seta’ falliha finanzjarjament, bil-għan li jinħbew provi li gideb, u tasal sa Konrad Mizzi li, b’daħka fuq fommu, jgħidilna li l-inkjesta Egrant hi prova li gidbet dwaru meta dan ċertament ma kienx il-każ.
Dawn kollha — ilkoll irġiel — għamlu kruċjata medjevali u mexxew armata ta’ xerrieda tal-mibgħeda kontriha kemm fit-toroq kif ukoll fil-Facebook. Araw x’kapaċi jiktbu wħud minn dawn. Xi posts huma dwar Daphne Caruana Galizia u ħafna oħrajn huma mimijin tgħajjir u ħdura fil-konfront tiegħi dan kollu għax ktibt artiklu dwar il-protesti li kienu bdew wara l-assassinju tagħha, liema protesti għadhom għaddejjin sal-lum.
Araw x’kiteb dan li jixtiexni mmur naqbeż.