Kartellun bil-bandiera Maltija, b’ritratt kbir ta’ Daphne Caruana Galizia u l-kelma “Ġustizzja” li ttellgħet minn attivisti dalgħodu fl-10:30 tneħħew minn uffiċjali tal-gvern ftit wara fis-2.15 ta’ wara nofsinhar. Il-fjuri u x-xemgħat li tħallew fil-post ukoll tneħħew u ntremew.