Il-Qorti tal-Appell, magħmula minn tilet imħallfin, iddifferiet għad-29 ta’ Ottubru għas-sentenza l-kawża dwar jekk l-Imħallef Antonio Mizzi għandux jirrikuża ruħħu milli jisma’ appell li għamlu Joseph Muscat u l-klikka tal-Panama minn ordni li kienet saret biex huma jiġu investigati.
Meta l-bieraħ l-imħallfin ddifferew il-kawża, kienu jafu li se jkunu qed igħażqu fl-ilma meta jiġu biex jaqraw is-sentenza.
Ippermettuli nispjega.
Jixxandru l-Panama Papers u l-Pulizija Maltija tinjora l-provi li xxandru dwar reati kriminali li twettqu u li kienu fid-dmir li jinvestigaw qabel jiddeċiedu jmexxux b’taħrika jew le. Għal sena sħiħa jinjoraw il-provi mxandra.
Simon Busuttil jitla’ l-qorti, jippreżenta l-provi hemmhekk u jistieden lill-Pulizija biex taġixxi. Il-qorti taqbel u lill-Pulizija tordnalhom b’digriet biex jinvestigaw.
Joseph Muscat, permezz tal-avukat personali tiegħu, jappella mid-digriet tal-qorti. Hekk jagħmlu wkoll il-membri tal-klikka kriminali li nkixfu bis-saħħa tal-Panama Papers. Iżda ma jgħaġġlux biex jagħmlu l-appell u jagħżlu li jistennew biex ikun imiss lil Antonio Mizzi li jirċievi l-karti. Min jaf għaliex?
Għax, għal Joseph Muscat, il-fehmiet ta’ Antonio Mizzi jista’ jserraħ fuqhom. Antonio Mizzi huwa r-raġel ta’ Marlene Mizzi, MEP Laburista li pubblikament wriet fehmitha b’mod iebes u voċiferu dwar il-każ.
Iżda anki li kieku l-imħallef kien kapaċi li jmur lil hinn mill-preġudizzji tiegħu jew ta’ martu, il-ġustizzja mhux biss trid issir iżda trid tidher ukoll li qed issir. Antonio Mizzi deherlu mod ieħor u ċaħad it-talba għar-rikuża biex b’hekk il-kawża tinstema’ minn imħallef ieħor.
Li kieku ddeċieda favur rikuża, l-imħallef kien ikun iddeċieda konsistementement ma’ deċiżjoni oħra li ngħatat fuq talba tal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia sabiex Silvio Valletta jiġi mitlub jirtira mill-investigazzjoni dwar l-assassinju tagħha u dan peress li martu inzertat li hi ministru tal-gvern. L-imgħallem ta’ martu, Joseph Muscat, għandu tal-anqas ikun persuna li tista’ tkun is-suġġett ta’ investigazzjoni għalkemm Silvio Valletta (u Antonio Mizzi) għandhom motivazzjoni ċara biex jinjoraw din ir-realtà.
Il-ġustizzja għandha tkun konsistenti.
Simon Busuttil appella mid-deċiżjoni ta’ Antonio Mizzi li ma jirrikużax ruħu u mar quddiem qorti oħra biex jitlob li d-deċiżjoni ta’ mizzi titwarrab. U dik il-qorti ordnat lil Mizzi jirrikuża ruħħu u jgħaddi l-kawża lil imħallef ieħor.
Imma mbagħad Joseph Muscat qabbad lill-avukat ġenerali Peter Grech biex jappella. Onestament ma nistax nifhem x’interess jista’ jkollu l-avukat ġenerali – li m’huwiex parti fil-kawża – dwar liema mħallef għandu jkompli jisma’ kawża. Inċidentalment Peter Grech kien appella wkoll is-sentenza li fiha Silvio Valletta ġie ordnat iwarrab mill-investigazzjoni.
Il-każ għalhekk issa jinsab quddiem l-ogħla qorti tal-pajjiż u sakemm tkun qed tinkiteb is-sentenza, Antonio Mizzi se jkun leħaq irtira biż-żmien minn imħallef u jkun inħala ħahna żmien għalxejn a spejjeż ta’ min iħallas it-taxxi.
U fil-frattemp, il-Pulizija kull ġurnata li tgħaddi tibqa’ tonqos jew tirrifjuta li teżerċita d-diskrezzjoni li għandha li – b’sentenza tal-qorti jew mingħajrha – tagħmel dmirha, li tinvestigal -fatti mid-dokumenti mxandra tal-Panama Papers u tmexxi b’taħrika kontra l-kriminali.
Tistennewx li minn naħa tal-Pulizija, tal-prosekutur u mill-qrati li ssir il-ġustizzja. U fil-frattemp ġurnalista li tkun qed tinvestiga dwan l-istejjer, tiġi assassinata u l-kriminali jippruvaw isikktu lil min jipprotesta.