Jigdbu lil kulħadd u lilhom infushom
Teżisti regola bażika li jifhimha kulħadd: jekk issir xi ħaġa llegali, l-Pulizija għandha tinvestiga biex issir taf x'ġara' jew ma ġarax, għandha tiġbor il-provi li jista' jkun hemm dwar ksur tal-liġi u mbagħad għandha tixli quddiem il-qorti lil min ikun kiser il-liġi. Għalkemm hemm ħaddieħor li jista' wkoll jgħin biex ma tinkisirx il-liġi, li jikxef [...]