Wara dak il-patrijottiżmu falz u l-kliem ta’ tifħir fil-konfront ta’ mafkar, wara dik ix-xmara ta’ dmugħ tal-kukkudrilli li qabżitilhom dwar il-fjuri u x-xemgħat li, skonthom, kienu qed jiddesakraw il-memorja tal-vittmi tal-gwerer, wara dak l-isteriżmu kollu li qabadhom dwar il-ħtieġa urġenti ta’ restawr għall-kapolavur ta’ Sciortino li biss jafu bih għax l-istampa tiegħu kienet tidher qabel jixxandru d-dibattiti politiċi tal-Awtorità tax-Xandir fuq it-televiżjoni, dalgħodu din hi l-aħjar veduta tal-Mafkar takl-Assedju l-Kbir li jista’ jkollok.

Ja tiranni boloħ li ma tiswewx karlin, taħsbu li b’daqshekk qegħdin tagħmlu xi att ta’ disprezz fil-konfront ta’ xi ħadd? Bħalissa Joe Brincat qed joqmos bir-rabja.

Bilħaqq Doctor Joe, nhar il-Ħadd li ġej se ssir il-velja. Bosta huma dawk li se jġibu x-xemgħat magħhom. L-aktar għaliex id-Doctor Joe l-ieħor, li hu l-imgħallem tiegħek, m’għandux grazzja max-xemgħat.