Repubblika talbet lill-KE taġixxi fuq il-falliment ta’ Malta li tinfurza l-liġi kontra l-ħasil tal-flus fil-konfront ta’ politiċi korrotti

By
2019-02-11T09:32:13+01:00Sun, 10th Feb '19, 11:36|

Repubblika kitbet formalment lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel ilment dwar ksur tal-liġi Ewropea mill-awtoritajiet Maltin meta qed jonqsu li jinfurzaw il-liġi dwar il-ħasil ta’ flus fil-konfront ta’ persuni fil-poter. Repubblika għamlet l-ilment fuq din il-bażi legali: Ksur tal-provvedimenti tad-Direttiva 2005/60/EC (it-tielet direttiva kontra l-ħasil tal-flus) u Tad-Direttiva li ħaditilha postha 2015/849 (ir-raba’ direttiva kontra l-ħasil tal-flus), [...]