Ministeru ieħor u skandlu ieħor dwar korruzzjoni
Bħallikieku xtaqu jfakkruna li l-korruzzjoni kienet hemm ukoll qabel l-2013, Ivan Camilleri kiteb rapport fit-Times of Malta dwar dak li kien is-Sindku tar-Rabat li, skont recordings li għandha f'idejha l-Pulizija, kien ixxaħħam b'rabta ma' kuntratt tat-tindif, kien ħassar il-kuntratt u pprova - bla ma rnexxielu - jakkwista żjieda fit-tixħim. Dan l-inċident allegatament seħħ fl-2006. Dak [...]