Bħal-lum tliet snin ilu Daphne Caruana Galizia xandret dan il-post.
Kien biss il-bidu ta’ sensiela ta’ stejjer dwar Panamagate. Il-ħaruf huwa riferenza għat-trust li Konrad Mizzi ħoloq fi New Zealand taparsi biex “tieħu ħsieb il-ġid tal-familja”. Ivvjaġġa lejn in-naħa l-oħra tad-dinja biex jaħbi l-fatt li huwa sid ta’ dar żgħira fl-Ingilterra.
Tgħid mhux hekk!
L-istejjer komplew hekk kif feġġ skandlu ħafna akbar: u minkejja kollox, Konrad Mizzi baqa’ f’postu.
Għaddew tliet snin u ħadd m’għadu talbu biex iċedi dak li tal-FIAU sejjħu bħala ġid li x’aktarx ġej mill-kriminalità. La tkeċċa minn ministru u wisq inqas ġie mġiegħel jiffaċċja l-ġustizzja.
Daphne Caruana Galizia inqatlet waqt li kient għadha qed tinvestiga l-każ. Kien għad fadal x’jinkixef. U għad fadal x’jinkixef.
Fl-assenza tagħha, min jaf dak l-Għid qattx insiru nafu Konrad Mizzi x’kien ordna għad-diżerta.