Qabel tkompli taqra’, segwi dawn l-49 sekonda ta’ velenu li jqallagħlek l-istonku.

Roberta Abela – Birkirkara

Nibżgħu għall-Laburisti u għall-Partit

Geplaatst door Robert Abela op Maandag 4 februari 2019

Eżempju klassiku ta’ tribaliżmu. Membru Parlamentari Laburista, li ma jifformax parti mill-gvern, jagħmel għażla strateġika u makakka billi lill-partitarji Laburisti jgħidilhom li tal-Labour għandhom “jibżgħu għan-nies tagħhom”: messaġġ li, f’pajjiż mifni kif inhu bil-klijenteliżmu, ma jiskanta lil ħadd.

Naf li, issa li ninsab barra mill-arena politika, huwa faċli li wieħed igħid dan. Meta tkun fl-arena politika spiss issib ruħek wiċċ imb’wiċċ mar-rikatti morali ta’ dawk li jgħidu li huma partitarji iżda li fil-fatt huma nies li dejjem jaraw kif japprofittaw ruħħom mill-politika.

Meta tkun fl-arena tal-politika jkollok tara kif tagħmel biex tingrazzja ruħek u tidher ħelu mal-udjenzi li jkollok quddiemek u lill-udjenza bħal dik li Robert Abela kellu quddiemu f’każin tal-Labour qalilha eżatt dak li xtaqet tisma’ mingħandu.

Ma messux staħa Robert Abela li jkun proprju hu li jlissen kliem parrokkjali u retrogradu fis-sens li gvern Laburista “għandu jieħu ħsieb lill-Laburisti”? Diskors li ntqal apposta (u li ġie ripetut fuq il-Facebook) fl-istess żmien li fih Adrian Delia għamel sejħa biex il-gvern jaħtar “Nazzjonalist” bħala l-President il-ġdid.

Missier Robert Abela, George Abela, kien President ta’ Malta. Kien inħatar minn Lawrence Gonzi li kiser it-tradizzjoni u għall-ewwel darba għażel President li ma kienx mill-partit tiegħu.

Dak iż-żmien, kienet deċiżjoni innovattiva li Lawrence Gonzi ma kien taħt ebda obbligu legali li jagħmilha.

Wara li Sir Anthony Mamo minn gvernatur kien sar l-ewwel President, tal-Labour kienu ħatru lil Anton Buttigieg, Agatha Barbara u Marie-Louise Coleiro Preca u gvernijiet Nazzjonalisti kienu ħatru lil Ċensu Tabone, Ugo Mifsud Bonnici, Guido de Marco u Eddie Fenech Adami. Ilkoll kienu servew bħala ministri fil-gvernijiet tagħhom u kellhom karrieri twal fil-partiti rispettivi tagħhom. Albert Hyzler u Paul Xuereb servew ukoll bħala Aġent President u huma wkoll kienu ministri veterani Laburisti.

Meta George Abela intagħżel għall-presidenza minn Lawrence Gonzi, kien ħadem għal żmien twil fil-Partit Laburista. Fl-1992 kien inħatar bħala deputat mexxej tal-Partit Laburista u fl-1996 kien inħatar konsulent legali fil-gvern ta’ Alfred Sant. Fl-2008 kien ikkontesta biex isir mexxej tal-partit, tellieqa li kien spiċċa rebaħha Joseph Muscat.

Bl-għażla tiegħu għall-presidenza kien sar attentat biex jinħattu l-ħitan tat-tribaliżmu. Kienet deċiżjoni li ma ntlaqitx minn bosta, għalkemm l-oppożizzjoni naqset mal-medda taż-żmien.

Matul il-kampanja elettorali tal-2013, waqt li missieru kien għadu qed iservi bħala President, Robert Abela kien tela’ fuq il-palk waqt mass meeting Laburista u, b’mod tassew inkredibbli, għajjar lill-gvern ta’ Lawrence Gonzi b’partiġġjaniżmu. Lil dawk li kellu quddiemu qalilhom li “mal-Partit Nazzjonalista, l-interess partiġġjan jirbaħ fuq l-interess nazzjonali,” hekk kif missieru seqwih bi kburija fuq it-televiżjoni mill-Palazz.

F’ dan il-kuntest, id-diskors tribali u partiġġjan għall-aħħar li lissen din il-ġimgħa Robert Abela ma jibqax jitqies bħala frott ta’ żegħil fil-konfront ta’ udjenza partiġġjana.

Dan id-diskors qalu għax verament jemmen f’dak li qal. Għal Robert Abela t-tribaliżmu għandu jieħu s-soppravvent – “aħna” u “huma” – u d-dinja tappartjeni lilhom biss u ħaddieħor jista’ jmur jixxejjer.

Meta kienet qrat id-diskors li Robert Abela kien għamel fi Frar 2013 – dakinhar li għajjer lill-gvern ta’ Lawrence Gonzi “partiġġjan” – Daphne Caruana Galizia kienet kitbet dan li ġej:

“Nobody should expect better from either George Abela or his son Robert, and certainly not from his daughter-in-law Lydia. What you see is exactly what you get. George Abela raised his son Robert. Everybody who has been given a proper upbringing – and I really am not talking social background here – will know why Robert Abela’s behaviour is entirely unacceptable and utterly churlish. You don’t have to be tal-pepe to be a gentleman; there is absolutely no excuse for Robert Abela’s ghastly behaviour and absolutely no explanation for his father’s failure to rein him in – he is, after all, the president of the republic – other than that he sees nothing wrong in it.”

“Which figures. He is, after all, his father and the one who brought him up to behave like a knave.”

Persuni bħal Robert Abela jfakkruna f’kemm tal-Labour jiflaħ jaqa’ fil-baxx.