Għadu kemm ixxandar rapport ieħor li jfakkar lil Edward Scicluna li l-iskandlu tal-Panama u l-mistħija li ġab fuq pajjiżna gvern li jagħti l-kenn lill-politiċi li jkunu nkixfu li huma korrotti, għadu ma ntesiex. Dan l-iskandlu għadu fiċ-ċentru tal-aħbarijiet.
Ta’ min isemmi li dan ir-rapport tad-DW ifakkar f’dak li kien stqarr Edward Scicluna. Stqarrija li baqgħet tidwi fl-imħuħ.
Interessanti wkoll il-fatt li r-rapport tad-DW jikkwota għejjun anonimi li qalu li tad-Deutsche Bank kienu telqu minn Malta “minħabba l-irwejjaħ jintnu”.
Prosit tassew, Profs. Għandna kollox ward u żahar. Aqraw ir-rapport hawn.