Se tappellaw minn digriet li tgħidu li takom raġun?

By
2019-05-01T07:29:37+02:00Tue, 30th Apr '19, 14:45|

Jekk veru "m'hemmx inkjesta", m'għandhomx għalfejn jappellaw. Lill-Qorti Kostituzzjonali, Konrad Mizzi qalilha li d-drittijiet fundamentali tiegħu kienu nkisrulu sempliċement minħabba l-fatt li l-liġi tippermetti lil kull ċittadin, inkluż lilek, iressaq ilment meta huwa jkun twettaq reat kriminali u li permezz tiegħu tintalab li ssir inkjesta. L-argumenti li qed iġib Konrad Mizzi ma jiswewx karlin. Applikaw [...]

Lil Joseph busulu jdejh

By
2019-04-30T18:17:46+02:00Tue, 30th Apr '19, 14:02|

Jekk il-Prim Ministru qed iġiegħlek taħseb li ma jista' għalih ħadd u xejn, din l-istrateġija qed taħdimlu ġmielha. Joseph Muscat m'huwiex baħnan. M'għandniex xi ngħidu, huwa jaf li issa Konrad Mizzi u Keith Schembri huma persuni suspettati f'inkjesta kriminali. Minnha nnifisha din mhix prova li seħħ ksur ta' liġi u huma qed jissuktaw biċ-ċaħdiet tagħhom [...]

Repubblika: Konrad Mizzi u Keith Schembri taħt inkjesta

By
2019-04-29T16:59:53+02:00Mon, 29th Apr '19, 16:59|

Stqarrija ta' Repubblika: Repubblika tesprimi sodisfazzjon li l-Maġistrat Doreen Clarke laqgħet it-talba tal-organizzazzjoni tagħna biex issir inkjesta dwar l-iskandlu Panama Papers biex jinġabru l-provi fir-reat li aħna qed ngħidu twettaq minn Konrad Mizzi, Keith Schembri, Brian Tonna, Karl Cini u Mario Pullicino. Il-Maġistrat qablet li: Ippreżentajna dokumentazzjoni li tagħti kreddibilita’ lill-allegazzjonijiet tagħna; Hu ġustifikat skond [...]

Jehdew fil-patrijottiżmu falz

By
2019-04-29T15:18:29+02:00Mon, 29th Apr '19, 12:51|

"Malta f'qalbna," qalilna Joseph Muscat. Din x'aktarx hi r-raġuni għala ċ-chief of staff tiegħu u l-Ministru favorit tiegħu ħolqu strutturi fil-Panama, fi New Zealand, f'Dubai, fil-British Virgin Islands u f'repubbliki tal-banana oħrajn biex jaħbu ġidhom. Tal-Labour, it-tema tal-kampanja tagħhom iridu jpinġuha bħala waħda pożittiva iżda fil-fatt hi waħda negattiva għall-aħħar u hi msejsa fuq kampanja [...]

Sentimenti ta’ bigottiżmu sfrenat

By
2019-04-29T13:08:29+02:00Sat, 27th Apr '19, 09:50|

Jekk il-Partit Nazzjonalista, f'attentat biex iħajjar lin-nies toħroġ tivvota, qed iħoss il-ħtieġa li jitkellem dwar “clans ta' barranin li m'humiex ta' kwalità li jbeżżgħu lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna u li lis-soċjetà qed jagħmluha aktar fqira", huwa ċar li qiegħed jittama li jiġbed lejh il-voti ta' dawk li għandhom tendenzi faxxisti, razzisti u bigotti. Din m'hi [...]

Il-vaż ta’ Pu Yi

By
2019-04-29T13:03:48+02:00Fri, 26th Apr '19, 15:01|

Għal Joseph Muscat u Owen Bonnici, Repubblika ma teżistix għalkemm nhar it-Tnejn fil-Qorti ser ikollhom iwieġbu għar-rikors li ġie preżentat minnha. Jippreferu jirreferu għall-avukati tagħha — Jason Azzopardi u Simon Busuttil — hekk kif iwieġbu għall-akkuża ta' Repubblika li huma qegħdin jiksru l-wegħda tagħhom li jimplimentaw ir-riformi li ntalbu mill-Kummissjoni ta' Venezja. Kien hemm min ikkummenta [...]

Repubblika: Nhar it-Tnejn inkunu hemm

By
2019-04-25T19:21:32+02:00Thu, 25th Apr '19, 19:21|

Stqarrija ta' Repubblika: Repubblika hi grata li l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili laqgħet it-talba tagħha li r-rikors li daħħlet dal-għodu biex il-gvern jitwaqqaf milli jaħtar Imħallfin u Maġistrati ġodda sakemm idaħħal ir-riformi li esiġiet il-Kummissjoni Venezja jinstema’ b’urġenza. Fil-fatt il-Qorti dal-għodu ordnat li l-gvern iwieġeb l-argumenti ta’ Repubblika s’għada fil-għaxija biex il-każ jibda jinstema fil-Qorti nhar it-Tnejn [...]

Nhar it-Tnejn il-Qorti se tisma’ rikors b’talba li jitwaqqaf il-proċess tal-ħatriet tal-ġudikanti. Il-President xorta waħda bi ħsiebu jippresiedi ċ-ċerimonja tal-ħatra tal-ġudikanti illum wara nofsinhar?

By
2019-04-25T15:30:07+02:00Thu, 25th Apr '19, 13:57|

L-Imħallef Mark Chetcuti iffissa għal nhar it-Tnejn is-smiegħ tar-rikors li ppreżentat Repubblika biex jitwaqqaf il-proċess tal-ħatriet tal-ġudikanti sakemm jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja. Il-Qorti ordnat li l-gvern għandu jiġi notifikat b'dan id-digriet immedjatament. Madankollu, jidher li l-President ta' Malta George Vella ser jippresjiedi fuq il-ġuramenti tal-ħatra tal-ġudikanti l-ġodda illum wara nofsinhar fit-3.00. Dan ikun ifisser [...]

Iżellqu l-ħatriet

By
2019-04-25T15:29:14+02:00Thu, 25th Apr '19, 12:08|

F'pajjiż demokratiku li jiffunzjona kif suppost, l-okkażjoni tal-ħatra ta' mħallfin għandha tkun waħda ta' ferħ u ta' ċelebrazzjoni. Madankollu esperti magħrufa minn madwar id-dinja qalu li l-metodu li permezz tiegħu jingħażlu l-imħallfin jindika li d-demokrazija ta' pajjiżna hi waħda falluta. Il-gvern fin il-fehma qabel magħha u għamilha tiegħu u wiegħed li jibdel is-sistema. Qabel ukoll [...]

Repubblika titlob lill-Qorti tordna lill-Gvern iwaqqaf il-ħatriet tal-imħallfin

By
2019-04-25T11:46:34+02:00Thu, 25th Apr '19, 11:17|

Stqarrija ta' Repubblika: Repubblika dal-għodu daħħlet rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fejn talbet lill-Qorti tordna lill-Gvern biex jieqaf milli jaħtar Imħallfin u Maġistrati ġodda sakemm jibdel is-sistema tal-għażla tal-ġudikanti b’mod li jassigura l-Indipendenza tal-Ġudikatura. Il-Gvern, fi stqarrijiet pubbliċi, diġà irrikonoxxa dak li qalet il-Kummissjoni Venezja li s-sistema preżenti kif jintgħażlu l-imħallfin tfisser li l-ġudikatura m’hix [...]

Konrad Mizzi jigdeb … dwar kemm għandu snin

By
2019-04-24T11:32:15+02:00Wed, 24th Apr '19, 08:08|

Joħroġ minn ħofra... u jispiċċa jitgerbeb f'oħra. Fl-in-flight magazine tal-Air Malta, Konrad Mizzi kiteb li jiftakar l-ewwel titjiriet tal-Air Malta. L-Air Malta kienet bdiet l-ewwel titjiriet fl-1974, iżda Konrad Mizzi, il-bniedem uniku, il-konkwistatur tal-Panama, l-appostlu taċ-Ċiniżi, b'dik it-tbissima ċassa fuq wiċċu u surmast suprem tat-taħwid, tfaċċa f'wiċċ id-dinja fl-1977, jew inkella s-Sena numru 1 tal-Kalendarju [...]

Kummiedja fil-Qorti à la Konrad Mizzi

By
2019-04-23T21:07:56+02:00Tue, 23rd Apr '19, 16:41|

Illum il-Qorti Kostituzzjonali fetħet fil-ferjat tal-Għid biex tisma' talba "urġenti" li ġiet preżentata minn Konrad Mizzi 15 il-minuta qabel l-għeluq tar-reġistru tal-Qorti għall-waqfa tal-festi. Dawn il-praspar, Konrad Mizzi jinqala' għalihom. Ħmistax il-minuta qabel l-aħħar waqfa tal-Milied, huwa ppreżenta waħda mit-talbiet tiegħu biex iħares id-drittijiet tiegħu, liema talba spiċċa warrabha ftit żmien wara. Fi żmien ftit [...]

Li kieku Konrad Mizzi m’għandux x’jaħbi, ma kienx jagħmel ħiltu biex jipprova jaħbi.

By
2019-04-22T13:32:10+02:00Mon, 22nd Apr '19, 12:46|

Dalgħodu Repubblika u Simon Busuttil ippreżentaw nota fil-Qorti mal-maġistrat li kienet intalbet tiftaħ inkjesta dwar il-Panama Papers, jiġifieri l-Maġistrat Doreen Clark. In-nota saret in segwitu ta' talba lill-istess Maġistrat li saret minn Konrad Mizzi biex l-inkjesta tibqa' ma tinfetaħx peress li hu kien bi ħsiebu jippreżenta kawża fil-Qorti Kostituzzjonali biex il-liġi li tippermetti li jsiru [...]

GUEST POST: Li kieku għal jum wieħed stajt inkun…….

By
2019-04-22T13:29:10+02:00Sat, 20th Apr '19, 15:01|

Miktub minn persuna magħrufa minni: Mhux li kien li kont fiż-żarbun tal-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar: Kont nibgħat għal Konrad Mizzi u għal Keith Schembri dakinhar li nkixfu mill-Panama Papers li kienu ħolqu trusts mhux dikjarati u kumpanniji barra minn Malta biex jaħslu l-flus. Iżda minn dan kollu bqajt m'għamilt xejn. Kont nibgħat għal Karl Cini tan-NexiaBT [...]

Relazzjonijiet pubbliċi Maġisterjali

By
2019-04-18T13:45:03+02:00Thu, 18th Apr '19, 07:43|

Issa wasalna għall-estremità fejn persuna li qed tistenna li tinħatar Maġistrat, jidhrilha li għandha tagħmel eżerċizzju ta' relazzjonijiet pubbliċi. Iżda jekk int waħda minn dawk li - kemm ilha li feġġet ix-xemx fuq Malta mill-2103 'l hawn - fuqek niżlet xita ta' konsulenzi, tkun trid turi lid-dinja li int timraħ aktar il-bogħod kemm mill-grazzji li [...]

Issa jgħaddilek, Konrad

By
2019-04-18T13:43:39+02:00Thu, 18th Apr '19, 07:03|

Lill-Qorti Kostituzzjonali, Konrad Mizzi qed jitlobha tipproteġih mill-gvern li huwa stess jifforma parti minnu. F'rikors li ppreżenta fil-Qorti huwa stqarr li l-Istat m'għandu jippermetti lil ħadd li jitlob li ssir inkjesta dwar il-Panama Papers. Huwa qed jinsisti wkoll li l-proċeduri li għamlu użu minnhom kemm Simon Busuttil kif ukoll Repubblika jiftħu kwistjonijiet li diġà kienu [...]

#occupyjustice: Prim Ministru, Għajnejna Fuqek!

By
2019-04-17T07:58:45+02:00Wed, 17th Apr '19, 07:58|

Stqarrija ta' #occupyjustice: Pjazza Kastilja kienet baħar attivisti jżommu ‘l fuq ritratti ta’ Daphne Caruana Galizia biex ifakkru t-tmintax-il xahar mill-assassinju brutali tal-ġurnalista, azzjoni li tfakkar xena mill-film Being John Malkovich. L-attivisti, miġbura wara l-islogan #occupyjustice, iltaqgħu quddiem l-uffiċju tal-Prim Ministru b’messaġġ wieħed: “Vuċi waħda ġiet imsikkta, imma għadd kbir ta’ vuċijiet qamu biex ikomplu [...]

Ma ngħaġġlux

By
2019-04-17T09:15:54+02:00Mon, 15th Apr '19, 17:47|

Il-gvern għandu l-ħabta jwissina biex ma ngħaġġlux meta niġu biex niġġudikaw. Kienet motivata minn preġudizzji razzjali l-isparatura li seħħet il-ġimgħa li għaddiet f'Birżebbuġa? Qalulna li nkunu "irresponsabbli" jekk nippruvaw inwieġbu għal din il-mistoqsija qabel ħaġa bħal din tiġi aċċertata mill-investigaturi. Din m'hi xejn ħlief tarka oħra ta' difiża li qed jinħeba warajha l-gvern biex il-verità [...]

Ipokresija sfaċċata

By
2019-04-16T08:13:50+02:00Mon, 15th Apr '19, 13:45|

Għalkemm il-bieraħ il-Prim Ministru għamel ħiltu kollha biex jinstema' loġiku, ħassrulu l-festi n-numru kbir ta' kontradizzjonijiet u nkonsistenzi kontinwi li wera' tul is-snin. B'ironija liema bħalha, huwa qal li ma jistax jissaporti aktar l-ipokresiji ta' wħud u dan minkejja l-fatt li l-ipokresiji tiegħu ilhom jiddominaw ġmielhom. Huwa lmenta dwar dawk l-Insara li jxejjru l-Bibbja, li [...]