Segwu din l-intervista, waħda mill-aħjar li qatt segwejt, li Matthew Caruana Galizia ta’ lill-ġurnal Spanjol El Pais.

Bran mir-rapport fil-ġurnal dwar l-intervista: “Jeżisti kuntrast bejn l-attenzjoni kollha li l-Ewropa qed tagħti lil Malta, it-tifħir li qalgħet Daphne Caruana Galizia fi Strasbourg fejn il-kamra tal-istampa tal-Parlament saħansitra issemmiet għaliha u l-fastiju li qed isibu ma’ wiċċhom f’Malta dawk li qed ifittxu li ssir il-ġustizzja u li qed jiġġieldu kontra l-korruzzjoni.

“Il-battalja tal-fjuri u tax-xemgħat hija sintomu ta’ dik l-atmosfera tossika”.

Dan hu link għall-artiklu sħiħ (bl-Ispanjol).