Isma’ dan ir-recording ta’ dak li ntqal f’laqgħa li saret illum fi Strasburg waqt li kienet qed issr sessjoni plenarja tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa. It-tema tal-laqgħa kienet “L-impunità f’Malta” u fiha ġiet diskussa s-sitwazzjoni 18 il-xahar wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-laqgħa ġiet presjeduta minn Thomas Friang ta’ Reporters without Borders u saru diskorsi minn Lord Foulkes of Cumnock li hu r-Rapporteur Ġenerali dwar il-Libertà tal-Istampa u dwar is-Sigurtà tal-Ġurnalisti għall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, Andrew Caruana Galizia, Tom Gibson mill-Kumitat għall-Ħarsien tal-Ġurnalisti, Coalifhionn Gallagher minn Doughty Street Chambers u Stefan Schennach, deputat parlamentari Awstrijak li wholl huwa membru tal-Assemblea.

L-interventi kollha huma interessanti iżda l-intervent ta’ Coalifhionn Gallagher huwa ta’ sinjifikat għax fih b’mod ċar tispjega l-argumenti legali favur iż-żamma ta’ inkjesta pubblika u r-raġuni għaliex il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia ma baqagħliex għażla ħlief li tagħmel it-talba tagħha lill-Qorti.

Illum fil-fatt il-familja ħabbret li ppreżentat ittra uffiċjali fil-qorti li fiha talbu lill-gvern jirrispetta dak li essenzjalment huwa dritt fundamentali tagħhom. Ir-recording idum ftit aktar minn siegħa.