“Qed jagħmel xogħol siewi ħafna”
Ħames xhieda kienu konsistenti fix-xhieda tagħhom. Neville Gafà talabhom ixaħħmuh bi bdil ma' servizz pubbliku: jiġifieri l-ħruġ ta' viża medika. Wħud mix-xhieda stqarrew li dan is-servizz kien ġie miċħud lilhom għax irrifjutaw li jxaħħmuh. Oħrajn xehdu li Neville Gafà kien ordna lil membri tal-korp tal-pulizija libsin l-uniformi biex jagħmlu pressjoni fuqhom sabiex jiġu mġiegħla jxaħħmuh. [...]