Louis Galea jitlob li tissejjaħ laqgħa tal-kumitat eżekuttiv: “il-bidliet fit-tmexxija huma urġenti”

By
2020-02-06T21:27:09+01:00Thu, 6th Feb '20, 14:45|

Louis Galea, wieħed mill-kolonni storiċi tal-PN li fl-2019 intalab minn Adrian Delia biex jirrakkomanda riformi bil-għan li l-PN jerġa' jieħu r-ruħ, illum xandar il-kontenut ta' ittra li kiteb lill-kap tal-partit li fiha nsista li għandhom iseħħu bidliet immedjati fit-tmexxija tal-partit. F'din l-ittra, Louis Galea jilmenta mill-fatt li t-tmexxija tal-partit kaxkret saqajha għal xhur sħaħ wara [...]

Qata’ figura patetika

By
2020-02-06T15:35:08+01:00Thu, 6th Feb '20, 14:29|

Segwu din l-intervista klassika Jacob Borg għamel lil Adrian Delia hu u dieħel l-uffiċċju tiegħu dalgħodu. Adrian Delia deher imfarrak. Kien qiesu għadu kemm qam mis-sodda. Bl-aktar mod patetiku lanqas biss kellu l-enerġija biex jintebaħ li ma kienx qed jitħalla jdawwar id-diskors. Jacob Borg hu ġurnalista twil fl-istatura u lanqas dan il-fatt ma ġiegħel lil [...]

It-torri qed jiġġarraf

By
2020-02-06T21:04:19+01:00Thu, 6th Feb '20, 14:12|

F'Novembru li għadda t-tmexxija tal-Partit Laburista kellha problema f'ħoġorha. Il-mexxej tal-partit kien popolari ħafna mal-partitarji tagħhom tant li min fis-sondaġġi kien jistqarr li kien ivvota Labour, kien jistqarr ukoll li jafda lil Joseph Muscat. Iżda minħabba l-fatt li Muscat kien ġie implikat f'cover-up dwar qtil li għal sentejn sħaħ ħakem l-aġenda tal-gvern, kien jeħtieġ li [...]

Go to Top