Dalgħodu xi attivisti sabu lill-mafkar tal-protesta ta’ Daphne Caruana Galizia fil-Belt Valletta f’stat ta’ diżordni. Dawn komplew jindukraw lill-mafkar minn dakinhar li l-qorti qatgħet is-sentenza tagħha u kkundannat lill-gvern talli kiser id-drittijiet fundamentali meta kien jordna it-“tindif” tal-mafkar kuljum. Fis-sentenza tagħha l-qorti qalet li l-gvern, permezz tal-Ministru Owen Bonnici, lill-mafkar ta’ protesta bidlu minn simbolu ta’ għaqda nazzjonali għal strument ta’ firda. L-isforzi tagħhom għadhom irendu.