Id-Deputat Mexxej tal-Labour warrab mill-arena politika mingħajr ma rriżenja mill-kariga li għandu fil-partit

By
2020-04-03T20:45:31+02:00Fri, 3rd Apr '20, 13:50|

Id-deputat mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona ma rajnieħx b'nemes kemm ilu li warrab Joseph Muscat u kemm ilu li nħatar il-kabinett il-ġdid ta' Robert Abela. Flimkien ma' Konrad Mizzi – wieħed mill-kollaboraturi ewlenin fil-kabinett ta' Joseph Muscat – u, m'għandniex xi ngħidu, Joseph Muscat innifsu, Chris Cardona baqa' ma ngħatax kariga ministerjali mill-prim ministru l-ġdid. [...]